Arsenal għadhom ma jistgħux iniżżluha li l-objettiv ewlieni tagħhom sas-sajf li għadda Lisandro Martinez ingħaqad ma’ Manchester United. Skont id-direttur sportiv Edwin Van Der Sar, il-plejer kien ferm viċin li jmur jilgħab fl-Emirates Stadium għalkemm dan kollu ma seħħx sabiex eventwalment ingħaqad mar-Red Devils.
Van der Sar qal li din kienet sempliċement kwistjoni ekonomika hekk kif Manchester United offrew €57 miljun flimkien ma’ xi bonus bil-plejer Arġentin li aċċetta mingħajr telf ta’ żmien.
S’issa hu lagħab 15-il darba bħala difensur ċentrali.