Tuesday, May 14, 2024

Identifikat katavru bħala dak tal-adoloxxenti rrapportata nieqsa tliet snin ilu 

Aqra wkoll

 Il-pulizija fir-Renju Unit ikkonfermaw is-sejba tal-fdalijiet tal-adoloxxenti Leah Croucher li kienet ilha rrapportata nieqsa mill-2019. Immedjatament l-awtoritajiet lokali għamlu l-awtopsja fuq il-ġisem bla ħajja ta’ Croucher iżda r-riżultati għandhom inkonklussivi. Sadanittant, l-investigazzjonijiet ta’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

It-Thames Valley Police ħarġu stqarrija fejn ħabbru li l-fdalijiet ta’ Leah Croucher instabu fuq proprjetà f’Loxbeare Drivem Fruzton, fl-inħawi viċin fejn għebet tliet snin ilu. Għadd ta’ affarijiet personali tal-adoloxxenti fosthom il-basket li kienet qiegħda ġġorr, instabu aktar kmieni dan ix-xahar waqt tfittxija li saret mill-pulizija lokali.

Is-Supretendent Kevin Brown li jmexxi s-sezzjoni kriminali esprima sogħba għal din it-telfa u ta l-għomor lill-familja tal-mejta. Fl-istess ħin huwa żied jgħid li se jkomplu bl-investigazzjonijiet tagħhom li se jsiru minn uffiċjali mħarrġa u wiegħed li se jżommu lill-qraba aġġornati b’kull żvilupp li jkun hemm.

“Ma nistgħux nimmaġinaw il-weġgħa u x-xokk li sofrew il-familja u l-ħbieb ta’ Leah. F’dawn l-aħħar tliet snin u tmien xhur waqt li t-tfittxija ta’ Leah kienu għaddejjin, urew kuraġġ kbir, sabar u dinjità liema bħalha,” spjega Brown.

Croucher intlemħet l-aħħar fuq CCTV f’Buzzacott Lane, Furzton ftit wara t-8.15 ta’ filgħodu nhar il-15 ta’ Frar, 2019 hija u miexja fid-direzzjoni ta’ Loxbeare Drive u Chaffron Way. Is-sejba traġika tal-ġisem bla ħajja ta’ Leah Croucher saret f’inqas minn mil ‘il bogħod minn fejn kienet dehret l-aħħar timxi fuq il-filmat ta’ sigurtà msemmi. 

Neil Maxwell, li miet b’suwiċidju f’April tal-2019, kien is-suspettat ewlieni għall-qtil tagħha.

Sport