Arsenal huma interessati li jiffirmaw lill-midfielder ta’ Bayern Munich, Marcel Sabitzer, dan is-sajf.
Il-player ta’ 28 sena għamel 29 dehra għaċ-champions Ġermaniżi matul l-istaġun 2021-22 iżda skorja biss goal wieħed, filwaqt li kien sostitut mhux utilizzat għaż-żewġ legs tal-kwarti finali riċenti tagħhom taċ-Champions League kontra Villarreal.
Sabitzer għad fadallu aktar minn tliet snin fil-kuntratt tiegħu fl-Allianz Arena, iżda huwa mistenni jitħalla jitlaq lil Bayern matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Jidher li Arsenal qed juru interess fl-internazzjonali Awstrijakk, iżda l-Gunners jistgħu jiffaċċjaw kompetizzjoni miċ-champions Spanjoli, Atletico Madrid.
Sabitzer, li ngħaqad mal-bavarjani mingħand RB Leipzig f’Awwissu li għadda, beda biss seba’ logħbiet tal-Bundesliga matul l-istaġun 2021-22.
Arsenal huma wkoll maħsuba li jinsabu interessati fi Christopher Nkunku ta’ RB Leipzig, bil-club jidher li qed jipprepara biex jidħol f’taqtiegħa ma’ Manchester United, AC Milan u Inter għall-firma tiegħu.
Il-Gunners laħqu lil Tottenham Hotspur fir-raba’ post tal-klassifika tal-Premier League permezz tar-rebħa ta’ 4-2 kontra Chelsea l-Erbgħa filgħaxija.