Monday, May 13, 2024

Google teħel multa ta’ 11-il miljun ruble minn qorti Russa

Aqra wkoll

Il-kumpanija Amerikana Alphabet Inc, li hija l-parent company ta’ Google, għadha kemm qalgħet żewġ multi minn qorti Russa f’Moska minħabba li rrifjutat illi tneħħi filmati meqjusa “kontroversjali” minn fuq Google. 

Iż-żewġ multi jammontaw għal total ta’ 11-il miljun ruble. Din mhux l-ewwel darba li Google qalgħet multa minħabba r-Russja; f’Diċembru li għadda hija weħlet multa ta’ 7.2 biljun ruble talli ma neħħietx materjal li fir-Russja kien meqjus illegali. 

Il-Qorti tad-distrett ta’ Tagansky f’Moska akkużat lill-kumpanija Amerikana b’tixrid ta’  informazzjoni żbaljata dwar l-ammont ta’ vittmi li ġarrbu s-suldati Russi u l-poplu Ukren fl-Ukrajna. Dan kien irrappurtat mill-midja Russa TASS.

Allegatament, f’wieħed mill-filmati kien hemm konverżazzjoni bejn suldati Russi u l-familjari tagħhom, fejn dawn is-suldati bdew igergru dwar l-ammont ta’ vittmi li kien hemm fost is-suldati Russi tal-istess grad tagħhom.

Sport