Monday, November 4, 2024

Arsenal jirbħu d-derby ta’ Londra u jerġgħu jitilgħu fil-quċċata

Aqra wkoll

Fl-Premier League Ingliż Arsenal rebħu d-derby ta’ Londra meta marru għand Chelsea u għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0 biex reġgħu telgħu fl-ewwel post tal-klassifika.

Il-goal importanti wasal minn Gabriel Magalhaes (63) minn azzjoni ta’ corner.

Aston Villa v Man Utd – Fl-ewwel logħba tal-manager, Unai Emery, Aston Villa ospitaw lil Manchester United  u għelbuhom bl-is­kor ta’ 3-1.

Din kienet ukoll l-ewwel rebħa tal-Villans fuq ir-Red Devils wara 27 sena f’Villa Park. It-tliet goals tagħhom waslu minn Leon Bailey (7), Lucas Digne (11) u Jacob Ramsey (49) filwaqt li l-United skorjaw minn auto-goal ta’ Ramsey (45).

Southampton v Newcastle – Newcastle komplew jimpressjonaw meta barra minn darhom għelbu lil Southampton 4-1, b’goals minn Miguel Almiron (35), Chris Wood (58), Joseph Wil­lock (62) u Bruno Guimaraes (92) filwaqt li Romain Perraud (89) wieġeb għas-Saints. 

West Ham v C. Palace – Crystal Palace kisbu rebħa drammatika ta’ 2-1 fuq West Ham bil-protagonisti jkunu Wilfred Zaha (41) u Michael Olise (93) wara li Said Benrahma (20) fetaħ l-iskor għall-Hammers.

Sport