Monday, June 17, 2024

“Ma nistgħux nieklu l-konkrit u lanqas nistgħu nieklu l-flus li għandna l-bank”

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed jindirizza attività politika mill-Mellieħa, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li fost setturi li l-PN irid jipproteġi hemm dak tal-agrikoltura. Grech qal li huwa importanti li ninvestu fil-kwalità tal-ħajja u li l-ikel huwa l-bażiku “għax ma nistgħux nieklu l-konkrit u lanqas nistgħu nieklu l-flus li għandna l-bank”. Fir-rigward huwa qal li l-PN dejjem kien il-partit li poġġa l-interessi tal-bdiewa fil-pajjiż għax l-agrikoltura hija dik li titmagħna.

Filwaqt li ammetta li, “il-Gvern qiegħed jimbotta liġi fil-Parlament biex jgħinhom”, ma naqasx li jdawwar kollox b’allegazzjoni oħrajn fejn din id-darba qal li b’din il-liġi l-ġdida, “tinduna li l-bdiewa jinsabu inkwetati aktar. Imma, il-PN qiegħed jikkonsulta magħhom u flimkien se nkunu qegħdin nibottaw emendi importanti f’din l-liġi li tassew tipproteġi lilhom u l-interessi tal-poplu għas-sigurt` tal-ikel, kif ukoll lis-sidien tal-artijiet”. Huwa qal li bl-emendi li se jressqu se jaraw li jissavagawrdjaw l-agrikoltura għal ġenerazzjonijiet preżenti u anke dawk futuri bil-għan li dan is-settur ma jmutx mewta naturali. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu sellem ukoll il-memorjja tal-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici fejn qal li, “kulħadd jidħol fil-politika biex jagħmel il-ġid u b’intenzjonijiet tajbin. Karmenu Mifsud Bonnici kien bniedem ġentili u għalkemm politikament ma qbilniex, kien bniedem li jemmen f’dak li jagħmel u fil-ħaddiem u kien qrib il-fqir. Kien persuna li wkoll għamel ħafna biex iservi fil-politika u jagħti servizz lill-pajjiż”.

Ekonomija

Sport