Sunday, May 5, 2024

Arsenal se jibqgħu jsegwu lil Ferran Torres

Aqra wkoll

Arsenal ippruvaw jiffirmaw lill-attakkant ta’ Barcelona Ferran Torres fl-aħħar stadji tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf, u għamlu offerta ta’ €30m għall-Ispanjol. Iżda huma xorta se jibqgħu jsegwuh u se jippruvaw jiffirmawh f’Jannar li ġej.

Il-player ta’ 22 sena ngħaqad mal-Katalani mingħand Manchester City f’Jannar, u kien player importanti għall-club Katalan fit-tieni nofs tal-istaġun li għadda, fejn skorja seba’ goals u rreġistra sitt assists f’26 partita.

Torres sabha aktar diffiċli matul l-istaġun 2022-23, madankollu, fejn lagħab biss 99 minuta matul l-erba’ logħbiet tat-team fil-La Liga, minħabba ż-żieda fil-kompetizzjoni fl-attakk.

Sport