Sunday, July 26, 2026
Home Sport Arsenal u Chelsea wara Vitor Reis

Arsenal u Chelsea wara Vitor Reis

0
127

Arsenal u Chelsea jinsabu interessati fil-midfielder ċentrali ta’ Palmeiras Vitor Reis. Dan tal-aħħar għandu 18-il sena u qed jiddistingwi ruħu sew f’nofs id-difiża tant li lagħab tmien logħbiet mal-klabb Brażiljan filwaqt li skorja gowl.

Kemm il-Gunners kif ukoll il-Blues qed isegwu sew lil dan il-plejer u mistennija jibagħtu xi scouts lejn il-Brażil biex jarawh aħjar.

Reis kien plejer regolari fit-tim nazzjonali ta’ taħt is-17-il sena tal-Brażil.