Saturday, May 4, 2024

Arsenal u Juventus f’taħditiet dwar Arthur

Aqra wkoll

Arsenal u Juventus jinsabu f’taħditiet dwar ftehim li jara lil Arthur jingħaqad mal-Gunners fuq ftehim inizjali ta’ self b’obbligu li jinxtara fl-2023.

Il-player ta’ 25 sena ngħaqad ma’ Juventus sentejn ilu bħala parti minn trasferiment li ra lil Miralem Pjanic imur fid-direzzjoni opposta, iżda t-trasferiment ma ħadimx kif ippjanat għall-ebda player.

Dan hekk kif Pjanic ġie eskluż mill-iskwadra ta’ Barcelona, u Arthur jista’ jkun parti minn eżodu tal-massa f’nofs il-ground ta’ Juventus wara li tħabat biex juri l-potenzjal massimu tiegħu taħt il-gwida tal-coach tal-Bianconeri, Massimiliano Allegri.

Sport