Saturday, May 4, 2024

Arsenal viċin li jfallu l-kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Arsenal jinsabu viċin li jfallu l-kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League meta marru għand Newcastle United u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-0 biex ma rnexxielhomx jitilgħu fir-raba’ post. 

Huma jinsabu żewġ punti taħt ir-rivali Tottenham Hotspurs meta fadal partita waħda għat-tmiem. Filwaqt li Tottenham imorru jilagħbu għand Nowrich, il-Gunners jilqgħu lil Everton li qed jissieltu biex isalvaw mir-relegazzjoni. 

Intant iż-żewġ goals ta’ Newcastle waslu minn auto-goal ta’ Ben White (55) u Bruno Guimaraes (85).

Sport