Tuesday, May 14, 2024

Arsenal viċin li jiffirmaw lil Kai Havertz

Aqra wkoll

Arsenal laħqu ftehim ma’  Chelsea biex jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Ġermaniż Kai Havertz għal £65 miljun. 

Huwa mifhum li ż-żewġ clubs għamlu ftehim fil-prinċipju li se jippermetti lill-player jiddiskuti termini personali u jpoġġi għal test mediku. 

Is-somma ta’ Havertz, li skorja disa’ goals f’47 logħba għall-Blues l-istaġun li għadda, jista’ jogħla biż-żidiet.

Havertz, ta’ 24 sena, ingħaqad ma’ Chelsea mingħand Bayer Leverkusen fl-2020 għas-somma ta’ £71 miljun. 

Huwa skorja wkoll il-gowl tar-rebħa ta’ Chelsea fuq Manchester fir-rebħa ta’ 1-0 fil-finali tal-UEFA Champions League, fl-2021.

Arsenal qed jiġru wkoll lill-midfielder ta-Ingilterra u West Ham,  Declan Rice, , iżda t-tieni offerta għall-player ta’ 24 sena – li tiswa sa £90 miljun – ġiet miċħuda nhar it-Tlieta.

Sport