Tuesday, September 24, 2024

Arthur Melo se jibda jitħarreġ aktar tard dan ix-xahar

Aqra wkoll

Aħbarijiet tajba għall-midfielder Brażiljan, Arthur Melo hekk kif it-tobba ta’ Liverpool qalulu li għal tmiem dan ix-xahar hu se jkun jista’ jerġa’ jitħarreġ ma’ sħabu wara xahrejn mifni b’injury f’saqajh.

Il-plejer tar-Reds, iżda misluf mingħand Juventus, mistenni jibda jilgħab il-logħob kompetittiv għall-aħħar ta’ Jannar, meqjus żmien ferm impenjattiv għat-timijiet Ewropej.

Sadanittant Arthur se jerġa’ jagħmel appuntament ieħor sabiex it-tabib tal-klabb jinvistah bit-tama li dak li għandu f’moħħu jseħħ.

Sport