Aston Villa mistennija jagħmlu offerta lil Manchester United sabiex jiksbu s-servizzi tal-attakkant internazzjonali Ingliż Marcus Rashford. Dan tal-aħħar għandu 27 sena u m’għadux iktar jilgħab regolari speċjalment taħt il-kowċ il-ġdid tar-Red Devils Ruben Amorim.
Min-naħa tiegħu, Rashford hu favorevoli għal dan it-trasferiment minħabba li jrid jibda avventura ġdida u fuq kollox jilgħab futbol regolari.
Rashford ilu jilgħab ma’ Manchester United sa mis-sena 2015.