Tuesday, December 24, 2024

Astralian Open: Rafael Nadal eliminat

Aqra wkoll

Id-difiża tat-titlu tal-Australian Open ta’ Rafael Nadal intemmet wara t-telfa fit-tieni round kontra l-Amerikan Mackenzie McDonald li fiha deher li kien qed iġorr injury.

L-Ispanjol ta’ 36 sena kien fi żvantaġġ ta’ set meta deher b’uġiegħ qawwi bi problema f’ġenbejh. 

Lejn tmiem it-tieni set,  huwa ħa time-out biex kellu jiġi assistit iżda qatt ma deher f’siktu biex eventwalment ħareġ tellief 6-4, 6-3, 7-5.

Kien tmiem aħrax għal Nadal wara t-trijonf tiegħu fl-2022, fejn ġie lura minn żewġ sets biex għeleb lil Daniil Medvedev fil-finali tas-sena l-oħra f’Melbourne  … biex imbagħad rebaħ l-14-il titlu tal-French Open, f’Ġunju li għadda.

Madankollu, fil-kwarti-finali ta’ Wimbledon huwa sofra injury f’ġenbejh li fil-veritá qatt ma ġie kompletament f’siktu. 

Fil-logħba kontra McDonald, l-Ispanjol qatt ma deher komdu biex eventwalment kellu jċedi x-xettru b’dan il-mod. 

Il-mara ta’ Nadal dehret tibki u t-team tiegħu wkoll deher emozzjonat hekk kif huwa pprova jkompli jilgħab minkejja l-uġiegħ qawwi tal-injury. 

Fi tmiem il-logħba tiegħu, Nadal ingħata ovazzjoni kbira mill-folla preżenti u huwa rreċiproka billi sellem u rringrazzja lill-ispettaturi. 

Ekonomija

Sport