Milan sfaw eliminati mill-Coppa Italia meta fil-kwarti-finali, li ntlagħbet f’San Siro, ġew megħluba minn Atalanta bl-iskor ta’ 2-1, biex issa dawn tal-aħħar se jiffaċċjaw lil Fiorentina fis-semi-finali.
Kien Rafael Leao (45) li feta l-iskor għal Milan b’xutt fil-baxx li spiċċa fir-rokna tax-xibka. Iżda ftit sekondi wara, Atalanta kisbu d-draw meta Teun Koopmeiners kompla għal ġewwa mill-pass ta’ Emil Holm.
Fil-59 minuta, Atalanta ngħataw penalty li kien kemmxejn kontroversjali meta Alex Jimenez għamel kuntatt minimu ma’ Aleksei Miranchuk, fost il-protesti qawwija mill-players ta’ Milan. Mill-11-il metru, Teun Koopmeiners ma żbaljax biex qata’ l-passaġġ tat-team tiegħu mal-aħħar erbgħa.