Wednesday, October 1, 2025

Atlas Insurance tfakkar ix-xahar għas-sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa mentali 

Aqra wkoll

Kull Ottubru, matul ix-xahar dedikat għas-sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa mentali, Atlas Insurance tlaqqa’ flimkien lill-impjegati, l-imsieħba tagħha, il-klijenti u l-komunità biex jitgħallmu, jirriflettu u jieħdu passi għal ħajja aktar b’saħħitha. Biex tkompli din it-tradizzjoni, Atlas qed tikkollabora għal darb’oħra ma’ Lyra Wellbeing biex torganizza webinar li joffri għarfien u għodod prattiċi biex is-sensibilizzazzjoni twassal għal azzjoni fuq il-post tax-xogħol kif ukoll lil hinn.

Il-fokus tal-webinar ta’ din is-sena hija l-psikoloġija tal-ottimiżmu għall-benesseri mentali. Is-sezzjoni bit-tema “Growth Mindset and Learned Optimism” se ssir nhar it-Tlieta, 14 ta’ Ottubru 2025, mit-3:30 sal-4:30. Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa fuq is-sit https://www.atlas.com.mt/mental-health-webinar-2025-growth-mindset-and-learned-optimism/.

Filwaqt li ħeġġet il-parteċipazzjoni, Catherine Calleja, Direttur Maniġerjali ta’ Atlas Healthcare, ikkummentat: “Aħna kuntenti bl-attendenza numeruża li konsistentement ikollna f’dawn il-webinars. L-għarfien huwa biss l-ewwel pass. Kull sena, b’kollaborazzjoni ma’ Lyra Wellbeing, naħdmu biex inwasslu modi prattiċi lill-parteċipanti biex jieħdu ħsieb u jsaħħu s-saħħa mentali tagħhom. Kulħadd jista’ jagħmel xi ħaġa, u dawn is-sessjonijiet huma mfassla biex iwasslu mill-motivazzjoni għall-azzjoni”

Atlas Insurance hija r-rappreżentant lokali tal-Employee Assistance Programmes (EAPs) ta’ Lyra Wellbeing. Bħala pijuniera fl-assistenza għall-impjegati mill-1987, Lyra Wellbeing hija fdata minn entitajiet internazzjonali ewlenin biex twassal firxa wiesgħa ta’ servizzi li jtejbu l-benesseri mentali u fiżiku tal-impjegati.

Kumpaniji interessati li joffru l-Employee Assistance Programmes ta’ Lyra Wellbeing jistgħu jżuru l-istand ta’ Atlas Healthcare fil-konferenza tal-FHRD fit-8 ta’ Ottubru jew iżuru https://www.atlas.com.mt/lyra-wellbeing/ għal aktar tagħrif.

Il-Lyra Wellbeing Employee Assistance Programme mhuwiex prodott tal-assigurazzjoni. Huwa servizz ta’ assistenza pprovdut esklussivament minn Lyra Health International Limited. Atlas Healthcare m’għandha l-ebda involviment dirett jew indirett fil-provvista tas-servizz.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport