Sunday, December 22, 2024

Atlas Insurance tiċċelebra l-mitt sena tagħha permezz ta’ dehra ġdida 

Aqra wkoll

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-mitt sena, Atlas Insurance nediet dehra ġdida għall-marka tagħha, li tonora l-wirt tal-passat tagħha, filwaqt li tafferma mill-ġdid l-impenn għall-futur, u tixpruna l-kumpanija fis-snin li ġejjin b’rieda mġedda u msaħħa.

Bħala parti minn dan l-eżerċizzju, Atlas Insurance fasslet mill-ġdid id-dikjarazzjoni tal-iskop tagħha – “Nibnu futur pożittiv, flimkien” – b’enfasi ċara fuq l-għan ewlieni tal-kumpanija; u riflessjoni tad-dedikazzjoni ta’ Atlas Insurance għat-tkabbir u l-innovazzjoni filwaqt li tibqa’ tħaddan b’lealtà l-impenn ġenwin tagħha lejn l-impjegati, id-distributuri, il-klijenti u l-komunità. 

Matthew von Brockdorff, id-Direttur Maniġerjali u l-Kap Eżekuttiv ta’ Atlas Insurance,  ikkummenta fuq dan il-pass importanti u stqarr: “Dan il-proġett ma kienx biss dwar il-bidla tal-logo tagħna, jew biex il-fergħat u l-website tagħna jingħataw dehra ġdida. Involva riflessjoni profonda biex nesprimu dak li Atlas tfisser għalina, biex imbagħad ħarisna ‘l barra b’sens qawwi ta’ skop u identità. Irriflettejna bi kburija fuq il-pedamenti li sawru lil Atlas Insurance u dħalna  għal dan il-pass b’approċċ li jħares ‘il quddiem biex nippreservaw il-valuri tagħna filwaqt li nħaddnu l-innovazzjoni.”

Id-dehra l-ġdida ġiet introdotta esklussivament lill-impjegati waqt ċelebrazzjoni tal-‘Atlas Day’ fit-23 ta’ Frar. Bħala rikonoxximent tal-kontribut kruċjali ta’ TeamAtlas għall-identità tal-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dehra l-ġdida, dan l-avveniment offra wkoll lill-impjegati ħarsa komprensiva tar-riċerka, id-disinn maħsub, u l-prinċipji li sawru l-aġġornament tal-marka ta’ Atlas Insurance.

Atlas Insurance, b’mod attiv, qed tikkultiva kultura li tħaddan is-sostenibbiltà, il-bidla u l-adattabilità, filwaqt li tirrikonoxxi l-ħtieġa kruċjali li tibqa’ fuq quddiem kemm fis-suq tal-assigurazzjoni Malti kif ukoll dak internazzjonali.

Dan il-fokus strateġiku, ikkumplimentat minn wirt rikk u valuri b’għeruq fondi, jiżgura li Atlas Insurance tinnaviga l-preżent b’mod effettiv u ssostni l-impenn tagħha li tħalli impatt pożittiv fl-interazzjonijiet kollha mal-partijiet interessati. 

Ekonomija

Sport