Thursday, May 9, 2024

ARA: Aktar suċċessi għal Mercieca fl-Arm Wrestling

Jikseb it-tieni post fil-kategorija tiegħu f'Kompetizzjoni fi Brescia fl-Italja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-arm wrestler Malti Kersten Mercieca kompla bl-impenji tiegħu fuq livell internazzjonali u dan hekk kif f’kompetizzjoni fi Brescia fl-Italja bl-isem ta’ Super Match. F’din il-kompetizzjoni kien hemm madwar 500 atleta li pparteċipaw. Mercieca rnexxielu jagħmilha fit-tieni post fil-kategorija tad-90Kg wara li tilef biss kontra ċ-champion tal-Georgia Otar Tavartqiladze.

Din kienet l-ewwel kompetizzjoni uffiċjali minn meta Mercieca ngħaqad mal-federazzjoni taljana tal-Arm Wrestling ‘Federazione Italiana Braccio di Ferro’.

Fix-xhur li għaddew, Mercieca ingħaqad magħhom biex ikun jista’ jżid fl-opportunitajiet ta’ kompetizzjonijiet u taħriġ f’din id-dixxiplina sportiva wara diversi tentattivi biex iwaqqaf federazzjoni f’pajjiżna.

Dan fid-dawl tal-fatt li f’Malta għad m’hawnx federazzjoni uffiċjali ta’ dan l-isport u anke minħabba nuqqas kbir ta’ atleti li jipprattikawh.

Sport