Faith Kipyegon tal-Kenya saret l-ewwel mara li qatt rebħet doppjetta tal-1,500 u tal-5,000 metru fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika li qed isiru f’Budapest, fl-Ungerija.
Erbat ijiem wara li rebħet l-1,500 metru, id-darbtejn midalja tad-deheb Olimpika, hija ddistanzjat ruħha mill-Olandiża Sifan Hassan fid-dritta finali biex qasmet il-linja f’14-il minuta 53.88 sekonda għal tmiem glorjuż ieħor.
Hassan rebħet il-fidda f’ħin ta’ 14:54.11 filwaqt li Beatrice Chebet tal-Kenja rebħet il-bronż f’14:54.33.