Sunday, December 22, 2024

Atletika: L-isprints jisirqu x-xena fil-Kampjonati tax-Xitwa ta’ Athletics Malta

Aqra wkoll

L-ewwel parti tal-istaġun tal-atletika Maltija laħaq il-qofol tiegħu fi tmiem il-ġimgħa hekk kif Athletics Malta organizzat il-Kampjonati tax-Xitwa fil-Matthew Micallef St John Athletics Stadium fil-Marsa.

Graham Pellegrini kiseb rekord nazzjonali ieħor b’rebħa b’tellieqa mimlija emozzjonijiet fil-finali tat-300m b’ħin ta’ 33.15s, bl-atleta ta’ Pembroke jidħol quddiem Omar El Aida Chaffey (Zurrieq), li temm it-tieni b’33.93s u Luke Bezzina (Pembroke – 34.66s).

El Aida Chaffey ukoll kellu l-mument tal-glorja tiegħu b’rebħa bis-60m sprint, f’ħin ta’ 6.82s, 0.03s biss quddiem Beppe Grillo. It-tewmi ta’ Omar, Jacob, temm fit-tielet post. Prestazzjoni importanti f’din it-tellieqa kienet reġistrata miż-żagħżugħ Lyon Falzon, li b’ħin ta’ 7.20s kiseb ir-raba’ post u rekord fil-kategorija tal-Under 18.

Waħda mill-aktar tlielaq eċitanti tal-ġurnata kienet is-60m femminili, b’Claire Azzopardi din id-darba tegħleb lil Carla Scicluna, bl-iċken marġini, b’Azzopardi tirreġistra ħin ta’ 7.59s, jew 0.01 aktar veloċi minn seħbitha fit-tim ta’ Pembroke. Fit-tielet post, prestazzjoni oħra tajba għal Thea Parnis Coleiro (Rush AC) li kompliet tqarreb lilha nfisha lejn avversarji b’esperjenza akbar  b’ħin ta’ 7.77s, 0.01s bogħod mir-rekord nazzjonali fil-kategorija tagħha.

Isaac Bonnici kellu bżonn biss ġimgħa biex jikseb rekord nazzjonali ġdid fis-600m, bl-atleta ta’ Rush jerġa’ jnaqqas l-aqwa ħin Malti fil-kategorija Seniors, Under 23 u Under 20, għal 1:20.40 f’tellieqa ddominata mill-bidu sal-aħħar.

Il-Kampjonati offrew ukoll sfida sabiħa fl-1000m, b’taqtiegħa bejn Jean Paul Debono ta’ Żurrieq li ħa d-deheb f’2:31.61, quddiem Michael Debattista Segond, biż-żagħżugħ ta’ 17-il sena jtemm f’2:33.89, biex jerġa’ jnaqqax ismu fil-lista ta’ rekords Under 18, 20 u 23.

Intant, illum Athletics Malta tat bidu għal kors ta’ Livell 2 fil-kowċing, immexxi mill-Koordinatur ta’ European Athletics, is-Sur Ralph Mouchbahani. 18-il kowċ, li kienu temmew b’suċċess il-kors ta’ Livell 1 qed jattendu għal dan il-kors.

Ekonomija

Sport