Thursday, September 10, 2026
Home Sport Juventus qed isofru minn problemi kbar ta’ injuries – Marco Tardelli (leġġenda...

Juventus qed isofru minn problemi kbar ta’ injuries – Marco Tardelli (leġġenda Bianconera)

0
43

Il-leġġenda ta’ Juventus u tal-Italja Marco Tardelli qal li l-ammont kbir ta’ injuries qed ikun “daqqa ta’ ħarta kbira” għal Juventus u jemmen li l-attività tal-club fis-suq tat-trasferimenti ma għenitx lill-coach Luciano Spalletti.

Il-captain, Manuel Locatelli, se jkun barra għal diversi xhur, possibbilment sa sitt xhur, wara operazzjoni fl-irkoppa. Dan se jkompli jżid il-problemi ta’ Juventus, li diġà tilfu lil Kenan Yildiz u Khephren Thuram minħabba injuries li jeħtieġu operazzjoni. Barra minn hekk, diversi players oħra qed isofru minn problemi fil-muskoli.

Tardelli qal li Juventus għandhom bżonn player ta’ kwalità għolja biex jieħu post Locatelli, u ma eskludiex li l-club ifittex aġent ħieles, peress li l-players mingħajr kuntratt biss jistgħu jingħaqdu mat-team f’dan l-istadju.

Skont Tardelli, Weston McKennie jista’ jkun għażla importanti minħabba l-versatilità u l-affidabbiltà tiegħu. Huwa Semma wkoll lil Teun Koopmeiners, li minkejja li s’issa ma laħaqx l-aspettattivi, reċentement beda juri titjib.

Tardelli jemmen li Spalletti għandu l-kapaċità jimmotiva lill-iskwadra biex tegħleb din il-kriżi.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here