Raġel ta’ 21 sena residenti Ħal Safi tressaq il-Qorti mixli b’serq ta’ mutur u li huwa riċediv.
Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Prosekuzzjoni spjegat fil-Qorti li fl-4 ta’ Settembru, il-Pulizija kienet infurmata b’serq ta’ mutur minn garaxx f’Ħal Safi. Ġie allegat li fis-serqa kien involut ukoll kuġin tal-akkużat, li għadu minuri.
Id-Difiża talbet il-ħelsien mill-arrest tal-imputat iżda l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba biża’ ta’ intralċ tal-provi u sostniet li l-akkużat ma kellux indirizz u xogħol fiss.
F’dan l-istadju, il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

