Wednesday, October 9, 2024

Atletika: L-Olandiża, Femke Bol tirbaħ l-400 metru

Aqra wkoll

L-Olandiża, Femke Bol, rebħet il-midalja tad-deheb fl-400 metru fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika li qed isiru f’Budapest biex warrbet għalkollox id-diżappunt tar-relay tal-ġimgħa li għaddiet.  

Iż-żagħżugħa ta’ 23 sena, it-tieni fil-Kampjonat tad-Dinja tas-sena li għaddiet u t-tielet fl-Olimpjadi ta’ Tokjo 2020, kienet indaqs mal-Amerikana, Shamier Little, sa ftit qabel id-dritta finali iżda ħarġet b’mod enfatiku biex qabżet il-linja f’51.70 sekondi.

Little daħlet fi 52.80 sekondi segwita minn Rushell Clayton tal-Ġamajka fi 52.81 sekondi.

Sport