Friday, December 27, 2024

Atletika: L-Olandiża Femke Bol tisraq ix-xena fl-400 metru

Aqra wkoll

Ma kien hemm l-ebda ostaklu għall-atleta ta’ talent kbir, Femke Bol, biex tinnegozja d-dritta finali tal-Munich Olympic Stadium iżda l-Olandiża li tittajjar riedet tapprova lilha nnifisha fi klassi għaliha mir-rivali tagħha tal-400m meta lestiet b’suċċess l-ew­wel leg tal-missjoni tad-deheb doppja tagħha, fil-Kampjonati Ewropej tal- Atletika ta’ Munich 2022.

Il-midalista tal-fidda tad- dinja tal-400m hurdles wara Sydney McLaughlin fil- Kampjonat Dinji tal-Atletika f’Eugene xahar ilu, Bol daħlet fl-aħħar 100m mal- kollega tat-team u s-sieħba tat-taħriġ, Lieke Klaver u l-Pollakk Natalia Kaczmarek, f’distanza impres­sjonanti eżatt warajha iżda kienet hi li spiċċat preċiżament nofs sekonda ċara f’49.44 sekondi, titjib ta’ 0.31 fir-rekord Olandiż tagħha u fil-vantaġġ Ewropew tal-2022 li għamlet f’Chorzow ġimgħatejn ilu.

Il-fidda marret għand Kaczmarek fil-ħin ta’ 45.94 waqt li l-bronż marret għand Pollakka wkoll, Anna Kielbasinska f’50.29.

B’kuntrast, il-finali tal-400m tal-irġiel kienet purċissjoni mill-bidu. Fl-ishma tal-midalja tad-deheb, fi kwalunkwe każ.

Wara li kiseb il-bronż fil-Kampjonati Dinjija u l-fidda fil-Logħob tal-Commonwealth, Matthew Hudson-Smith lesta sett sħiħ ta’ midalji tal-kampjonati maġ­ġuri f’xahar b’dawra ta’ in­kurunazzjoni fl-Istadium Olimpiku.

Bla ballun ċar mill-bidu, huwa daħal fid-dritta finali b’vantaġġ inattakkabbli, qasam il-linja tat-tmiem f’44.53 sekondi b’marġni ta’ rebħa preċiżament ta’ nofs sekonda. Meta għamel dan, huwa sar it-tielet raġel li rebaħ titli wara xulxin fl-avveniment – kif jixraq, wara l-passi tal-predeċessuri Roger Black (1986-90) u Martyn Rooney 2014-16.

L-istudent tal-inġinerija ta’ 23 sena kien qed jegħleb il-battalja għall-fidda sa- kemm iċ-champion Ewro­pew U/23, it-Taljan Ricky Petrucciani għadda fl-aħħar stadju biex spiċċa t-tieni f’45.03 – bħal fit-tellieqa tan-nisa, preċiżament ħames minn għaxra wara r-rebbieħ.

Alex Haydock-Wilson kel­lu jaħdem ħafna biex iżomm lill-midalista tal-bronż tal-2016, Liemarvin Bonevacia, it-tnejn qasmu l-linja f’45.17 iżda l-Brittaniku għeleb lill-Olandiż għall-bronż b’0.008, 45.161 għal 45.169.

Asier Martinez ta’ Spanja ta verdett fuq il-Franċiż Pascal Martinot-Lagarde f’tellieqa pjaċevoli tal-110m hurdles li kellha tiġi deċiża bil-photo-finish hekk kif qasmu l-linja fi 13.14 b’Martinez jingħata r-rebħa b’0.001: 13.137 għal 13.138. Il-bronż mar għand Franċiż ukoll, Just Kwadu-Mather f’13.33.

Fil-hammer tan-nisa kie­net ir-Rumena Florentina Ghelber li rebħet d-deheb b’tefa’ ta’ 72.72m waqt li l-Pollakka Ewa Rozanska li ħadet il-midalja tal-fidda tefgħet 72.12m waqt li t-Taljana Sara Fantini rebħet dik tal-bronż f’71.58.

Ft-triple jump tal-irġiel id-deheb intrebaħ mill-Portugiż Pedro Pichardo b’qab­ża ta’ 17.50m waqt li l-fidda marret għand it-Taljan, Andrea Dallavalle b’17.04m u l-bronż ħadha l-Franċiż Jean-Marc Pontvianne b’qabża ta’ 16.94m.

L-avveniment l-ieħor tat- tielet ġurnata kienet il-finali tal-pole vault tan-nisa fejn hawnhekk ittrijonfat l-Finlandiża Wilma Murto b’qabża ta’ 4.85m, bil-fidda tmur għand l-Griega Aikaterini Stefanidi b’4.75m u l-bronż rebħitha Tina Sutey tas- Slovenja b’qabża simili ta’ 4.75m iżda Stefanidi ngħatat it-tieni post bis-saħħa tal- qabżiet l-oħra.

Ekonomija

Sport