Saturday, May 4, 2024

Atletika: Matthew Galea Soler jirbaħ midalja tal-bronż fl-EYOF

Aqra wkoll

L-atleta Malti, Matthew Galea Soler, rebaħ il-midalja tal-bronż fl-400 metru fil-European Youth Olympic Festival li qed isiru  f’Banska Bystrica, fis-Slovakkja.

Huwa kiseb ħin ta’ 48.84 sekondi biex rebaħ l-ewwel midalja Maltija fl-istorja ta’ dan il-Logħob. Huwa kiser il-ħin personali tiegħu li kien irreġistra f’Ġunju li għadda. 

Din it-tellieqa ntrebħet minn Noam Mamu tal-Iżrael li waqqaf l-arloġġ f’ħin ta’ 47.60 sekondi. 

Sport