Friday, November 15, 2024

Atletika: Usain Bolt isellem lin-Niġerjana Tobi Amusan wara li kisret ir-rekord tad-dinja fil-100m hurdles

Aqra wkoll

L-isprinter irtirat Ġamajkan, Usain Bolt, feraħ lil Tobi Amusan tan-Niġerja, li kisret ir-rekord tad-dinja tal-100 metru hurdles tan-nisa, biex rebħet il-midalja tad- deheb fil-Kampjonati tad-Dinji tal- Atletika li ntemmu nhar il-Ħadd f’Oregon, l-Istati Uniti.

Nhar it-Tnejn, Bolt mar fuq Twitter u kiteb dan il-messaġġ: “Prosit”, fejn irrepeta t-tweet tal-World Athletics li ċċelebrat il-bravura tagħha.

“Aħna lkoll imwerwra”, qalet World Athletics fi tweet ieħor.

Il-bravura tal-atleta ta’ 25 sena fissret li kitbet l-istorja bħala l-ew­wel Niġerjana li rebħet titlu mondjali u rekord dinji bla preċedent f’ġurnata waħda.

Amusan l-ewwel ġriet 12:12-il sekondi biex kisret ir-rekord dinji ta’ 12:20 sekondi stabbilit minn Kendra Harrison tal-U.S. fis-semi-finali.

Imbagħad kompliet bi 12.06s assistita mir-riħ (+2.5) fil-finali.

Hija saret l-ewwel Niġerjana li reb­­ħet titlu mondjali u rekord dinji bla preċedent f’lejla waħda.

Il-ħin fil-finali madankollu ma ġiex rikonoxxut peress li tqies li jaqbeż sew l-assistenza legali tar-riħ +2.0 permessa fl-atletika

L-aħħar bravura serviet ta’ konsolazzjoni kbira għal Amusan wara l-Logħob Olimpiku diżappuntanti ta’ Tokyo 2020, fejn tilfet għal ftit il-midalja tal-bronż kontra Megan Tapper tal-Ġamajka meta temmet fir-raba’ post.

Il-bravura li kisret ir-rekords saħ­ħet ukoll il-but ta’ Amusan b’$100,000 bħala bonus mill-orga­nizzaturi.

Amusan kienet iċ-champion tal-Commonwealth tal-2018 u tal-Afrika tal-2018 fl-avveniment.

Hija wkoll darbtejn champion tal-Logħob Afrikan.

Hija rebħet id-Diamond League Trophy fi Zurich fl-2021 fil-100m hurdles.

Fl-2022, waqt il-Paris Diamond Lea­gue, Amusan kisret rekord u saret it-tielet fid-dinja.

Team Nigeria kompla jiċċelebra tmiem ieħor fuq il-podju fil-long Jump, bl-isforz straordinarju ta’ Ese Brume.

Il-holder tar-rekord tal-Commonwealth u l-Afrika, Brume qabżet ’il fuq minn 7.02m biex kisbet il-midalja tal-fidda, wara r-rival Malika Mihambo tal-Ġermanja li qabżet rekord ta’ 7.12m għall-midalja tad-deheb.

B’hekk in-Niġerja għalqu l-kampjonati tagħhom bil-kbir meta rebħu l-uniċi żewġ midalji tagħhom fl-aħħar ġurnata.

Brume rebħet midalja tal-bronż fil-Kampjonati tad-Dinja tal-2019 u l-Olimpjadi tal-2020 f’Tokjo.

Ekonomija

Sport