Monday, November 11, 2024

Attakk suwiċida fil-Pakistan jħalli diversi uffiċjali tal-Pulizija mejta 

Aqra wkoll

Il-Pakistan ilbieraħ qamet maħsuda bl-aħbar li nqatlu ħames uffiċjali tal-Pulizija u minn tal-inqas 10 oħra sfaw midruba f’attakk suwiċida. Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-attakk seħħ fuq it-trakk fejn fih kien hemm il-Pulizija Pakistana.

Uffiċjal tal-Pulizija fil-Pakistan meta kien mistoqsi minn ġurnalisti tal-midja internazzjonali AFP qal li l-inċident seħħ f’Dhadar, il-belt ewlenija tad-distrett ta’ Kachhi. Żied jgħid li l-aggressur kien qiegħed isuq mutur u li kollox seħħ hekk kif laqat it-trakk tal-Pulizija minn wara.

Dan kien it-tielet attakk kontra l-Pulizija tas-sigurtà Pakistani f’dawn l-aħħar xhur. Fi Frar ta’ din is-sena, inqatlu minn tal-inqas erba’ persuni u ndarbu 14-il persuna wara li l-militanti daħlu fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija fil-belt ta’ Karachi li tinsab fin-Nofsinhar tal-Pakistan.

Dan filwaqt li f’Jannar tilfu ħajjithom 100 persuna, l-aktar uffiċjali tal-Pulizija hekk kif kien hemm bomba suwiċida fil-belta ta’ Peshawar, li hu rrimarkat bħala wieħed mill-iktar attakk fatali fil-Pakistan.

Min-naħa tagħhom uffiċjali tat-Tehreek-e-Taliban Pakistan inizjalment sostnew li din l-isplużjoni kienet vendetta għall-mewt ta’ militanti tat-TTP is-sena l-oħra qabel ma’ kelliem ewlieni tal-grupp militanti ċaħad li l-grupp kien involut fl-attakk.

Sport