Sunday, December 22, 2024

Attakki matul il-lejl f’Sevastopol u Izmail

Aqra wkoll

L-Ukrajna u r-Russja rrapportaw li wettqu attakki matul il-lejl fuq il-portijiet.

L-attakk bil-missili mill-Ukrajna kkawża nar kbir f’Sevastopol, il-Krimea u sfaw midruba 24 persuna.

Min-naħa l-oħra, drones Russi allegatament għamlu ħsara fil-port Ukren ta’ Izmail, fuq ix-xmara Danubju. Il-gvernatur tar-reġjun ta’ Odesa, Oleh Kiper, qal li sitt persuni ndarbu f’dan l-attakk, li kkawża nar u ġarrab ħsara fl-infrastruttura. 

Il-gvernatur Russu Mikhail Razvozhayev qal li s-servizzi tal-emerġenza kienu fuq il-post tan-nirien f’Sevastopol. Ritratt li huwa ċċirkola fuq il-midja soċjali juri nirien kbar jaħkmu dak li jidher li huwa bastiment fil-port. 

Ekonomija

Sport