Saturday, December 21, 2024

ATTAKKI TA’ PANIKU

Aqra wkoll

Is-sindromu ta’ iperventilazzjoni jikkonsisti minn ġabra ta’ sintomi fiżiċi u emozzjonali, li jseħħu meta persuna tkun qed tieħu n-nifs b’rata iktar mgħaġġla mill-bżonnijiet naturali tal-ġisem. Għaldaqstant, il-livell ta ‘ dijossidu tal-karbonju fil-ġisem jista’ wkoll jonqos, li jwassal għal żieda fil-pH tad-demm.

Is-sindromu ta’ iperventilazzjoni jista’ jkun każ kroniku jew akut, fejn għandu wkoll it-tendenza li jseħħ f’forma ta ‘ attakki ta’ paniku. 

Is-sintomi tas-sindromu tal-iperventilazzjoni jistgħu jinkludu;

  • Qtugħ ta’ nifs
  • Uġigħ fis-sider
  • Rati ta’ nifs jew tal-qalb mgħaġġlin
  • Ansjetà
  • Għejja
  • Nuqqas ta’ rqad
  • Sturdament
  • Viżjoni mċajpra
  • Uġigħ ta’ ras
  • Idejn jew saqajn kesħin
  • Uġigħ fiż-żaqq
  • Ebusija fil-muskoli
  • Sensazzjonijiet ta’ rogħda jew tingiż

Is-sindromu ta’ iperventilazzjoni huwa iktar komuni fin-nisa ta’ bejn il-15 u l-55 sena. Il-fattur kawżattiv ewlieni ta ‘ din il-kundizzjoni hija l-ansjetà, li ta’ spiss tirriżulta minn rispons tal-ġisem għal sitwazzjonijiet stressanti.

Wieħed jista’ jtejjeb il-mod ta’ kif jieħu n-nifs billi jitgħallem kif jieħu n-nifs bil-mod u fil-fond, anke permezz ta’ borża tal-karti inizjalment, li tgħin sabiex wieħed jirrilassa, filwaqt li jkun qed jespandi wkoll id-dijaframma.

Wieħed jista’ wkoll jikseb pariri minghand fiżjoterapisti dwar kif wieħed jista’ jieħu n-nifs b’ mod korrett bl-użu ta’ eżerċizzji speċifiċi, f’attakk ta’ paniku.

Huwa importanti wkoll li wiehed jevalwa u jnaqqas ċerti sitwazzjonijiet potenzjalment stressanti għalih. Wieħed għandu jfittex li jorqod irqad san għal minn tal-inqas tmien sigħat kuljum.

Kif wkoll, wieħed għandu jevita li jiekol “junk-food” spiss, u minflok ifittex li jaddotta dieta bbilanċjata mimlijja frott u ħaxix, ċereali u qmuħ, ġewż u protejini li jgħinu biex tingħata spinta enerġija lill-gisem fit-tul.

Huwa importanti wkoll li wieħed jsib ftit ħin fil-ġurnata sabiex jieħu ħsieb tiegħu nnifsu. Huwa tajjeb li tipprova xi attivitajiet ta’ rilassament bħal yoga jew meditazzjoni. Il-“mindfulness” hija teknika aktar avvanzata, li tgħinna niffokaw fuq li nkunu preżenti bis-sħiħ fil-mument, u nesperjenzaw dak li jkun qed jiġri madwarna ezattament waqt li dan jkun qed iseħħ, sabiex kemm moħħna u ġisimna jħossuhom aktar kalmi.

Wieħed jista’ wkoll sempliċiment jisma’ xi mużika favorita, imur jiġri, jew jagħmel xi forma oħra ta’ taħriġ fiżiku. Wieħed jista wkoll jfittex li jiftah qalbu ma’ xi ħadd li lest li jisimgħu. Hemm diversi professjonisti tas-saħħa u servizzi ta’ terapija li huma disponibbli biex jgħinuk.

Jekk tixtieq issegwi l-blogg ta’ Dr Georgiana Farrugia Bonnici, tista’ tagħmel dan billi tagħmel like fuq din il-paġna ta’ Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD×

Ekonomija

Sport