Monday, December 23, 2024

Attentat ta’ serqa minn ħanut f’Ħal Balzan

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ilbieraħ għall-ħabta tal-10.00 p.m, il-Pulizija kienet infurmata li żewġ persuni daħlu f’ħanut fi Triq il-Wied, Ħal Balzan biex jisirqu.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li wieħed mill-ħaddiema, raġel mill-Pakistan ta’ 38 sena, innota persuna minn fuq is-sistema tas-CCTV tipprova tiftaħ il-kexxun tal-flus waqt li ħaddiem ieħor, Filippin ta’ 46 sena, ġie aljenat minn mara li talbitu jġibilha xi oġġetti minn fuq xi xkafef fl-għoli.

Ir-raġel ta’ 38 sena ħareġ iwaqqaf lill-ħalliel, fejn dan heddu li għandu sikkina.

Ħaddiem ieħor, Marokkin ta’ 25 sena, niżel ħdejn il-ħaddiema l-oħra wara li kien infurmat minnhom stess b’dak li kien qiegħed jiġri u kien f’dan il-mument li l-mara u r-raġel ħarbu minn fuq il-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport