Monday, August 3, 2026
Home Aktar Spiċċa b’mus m’għonqu waqt li kien fil-vettura tiegħu fl-Imsida

Spiċċa b’mus m’għonqu waqt li kien fil-vettura tiegħu fl-Imsida

0
679

Raġel indarab ħafif wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:45 a.m safa misruq waqt li kien fil-vettura tiegħu fi Triq Giorgio Mitrovich fl-Imsida.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel li ndarab; Ħamruniż ta’ 50 sena, waqt li kien qiegħed fil-vettura tiegħu, ġie avviċinat minn mara u raġel, li allegatament poġġewlu mus m’għonqu u serqulu oġġetti ta’ valur u mowbajl. Iż-żewġ aggressuri ħarbu immedjatament minn fuq il-post. 

Tfittxija għaż-żewġ persuni għadha għaddejja. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.