Wednesday, April 16, 2025

Attività edukattiva għat-tfal biex iżżid l-għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali

Aqra wkoll

F’Ħal Għaxaq, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, attendiet attività edukattiva li laqqgħet lit-tfal ma’ diversi annimali bl-għan li jitkompla jiżdied l-għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali u l-irwol importanti tal-annimali fis-soċjetà.

“L-imħabba lejn l-annimali tibda mit-tfulija. B’attivitajiet bħal dawn qed inkomplu nrawmu ġenerazzjonijiet b’valuri ta’ empatija, rispett u imħabba lejn l-annimali,” qalet is-segretarju parlamentari. Matul l-attività, tqassmu kotba marbuta mat-tema tal-annimali lit-tfal preżenti, biex tissaħħaħ il-konnessjoni tagħhom mal-annimali b’mod edukattiv u divertenti. Dawn il-kotba ġew ipprovduti mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali.

Waqt l-attività, it-tfal kellhom l-opportunità jaraw diversi annimali, fosthom klieb u żwiemel tal-Korp tal-Pulizija. Din serviet ta’ opportunità wkoll għat-tfal biex jitgħallmu aktar dwar l-irwol tal-annimali fis-servizzi pubbliċi.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku ta’ Ħal Għaxaq, Karl Boxall, spjega kif b’inizjattivi edukattivi bħal dawn jwasslu għal ġenerazzjonijiet b’aktar għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali.

Din l-attività hija prova ta’ kif l-edukazzjoni, il-komunità u l-imħabba lejn l-annimali jistgħu jħallu impatt pożittiv.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport