Saturday, May 18, 2024

Attività fil-Belt li tfakkar Jum l-Ewropa

Aqra wkoll

Biex ikun imfakkar Jum l-Ewropa, Servizzi Ewropej f’Malta (SEM) u Europe Direct Valletta organizzaw attività quddiem il-Parlament biex il-pubbliku jkun jaf aktar dwar il-benefiċċji tas-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea. Fid-dawl tal-attakki fuq l-Ukrajna, din is-sena spikkat it-tema tal-paċi. 

Uħud mill-istudenti li pparteċipaw waqt l-attivitajiet ta’ Jum l-Ewropa. Ritratt: Roger Azzopardi

F’din l-attività ħadu sehem xejn inqas minn 14-il entità li joffru servizzi marbuta mal-Unjoni Ewropea u dawk li attendew ingħataw informazzjoni dwar id-drittijiet, l-obbligi, il-benefiċċji u l-opportunitajiet li l-Unjoni Ewropea għandha għaċ-ċittadini tagħha f’ħafna oqsma differenti.

Fl-istess attività pparteċipaw ukoll studenti minn skejjel sekondarji li f’Marzu li għadda kellhom l-opportunità jżuru proġetti li qegħdin isiru b’fondi Ewropej. Iż-żjajjar kienu parti minn inizjattiva ‘L-UE fl-iskola tiegħi’ li qiegħda ssir fl-Unjoni Ewropea kollha u li f’Malta qiegħda tkun organizzata bejn id-Diviżjoni għall-Istrateġija u l-Implimentazzjoni fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej, ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, SEM u Europe Direct Valletta. 

Sport