Friday, May 3, 2024

L-attur Chris Pratt ifaħħar ix-xena mill-film Jurassic World Dominion miġbuda fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

“L-iktar xena ta’ azzjoni ikonika li jista’ jkun li qatt se tkun rajt f’film.” Hekk iddeskriva x-xena mill-film Jurassic World Dominion miġbuda fil-Belt Valletta, l-attur Amerikan Christopher Michael Pratt.

Fl-aħħar ġimgħat din ix-xena ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta dilettanti taċ-ċinema hekk kif beda jinxtered it-trailer li ta togħma tajba ta’ dak li jistgħu jistennew dawk li se jkunu qegħdin jaraw dan il-film mill-10 ta’ Ġunju ’l quddiem.

Pratt jiddeskrivi ix-xena ta’ 12-il minuta li fiha l-attur se jkun qiegħed jiġġieled kontra l-ħin biex ma jispiċċax vittma qalb id-dinożawri li jibdew ħerġin minn kullimkien biex jattakkawh.

Huwa qal dan id-diskors waqt li kien qiegħed jiġi intervistat fuq il-programm televiżiv  The Tonight Show Starring Jimmy Fallon

Sport