Sunday, December 29, 2024

Attività li wriet li l-industrija tal-films hi suċċess 

- Il-Kummissarju tal-Films Johann Grech

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ninsab kuntent ħafna li l-Maltin u l-Għawdxin laqgħu l-istedina tagħna biex ġew jingħaqdu magħna u jaraw mill-qrib l-industrija tal-films kif taħdem. Ħadt pjaċir nara lin-nies jieħdu pjaċir.”

Qal dan il-Kummissarju tal-Films Johann Grech fl-ewwel kummenti tiegħu ma’ dan is-sit b’rabta mal-attività “Ġurnata ma’ tal-Films” li ttellgħet ilbieraħ fil-Forti Rikażli. 

Bla dubju ta’ xejn, is-sett li fih kien qed jinġibed Gladiator 2 kien l-attrazzjoni prinċipali. Barra minn hekk, dawk preżenti setgħu wkoll jaraw it-tankijiet tal-ilma joperaw fil-Malta Film Studios filwaqt li kellhom l-opportunità li jisimgħu l-istejjer u l-esperjenzi ta’ dawk kollha li jaħdmu f’din l-industrija. 

It-tbissima fuq wiċċ in-nies kienet waħda evidenti. Huma baqgħu wkoll impressjonati b’kemm kibret din l-industrija u anke bl-opportunitajiet li hemm għal min jixtieq jaħdem fil-films. 

Fil-kummenti tiegħu, il-Kummissarju tal-Films Johann Grech qal li jinsab sodisfatt ħafna li l-Maltin u l-Għawdxin laqgħu l-istedina tagħhom u kkonkorrew għal din l-attività li kienet waħda ta’ suċċess. Qal li din kienet opportunità ta’ darba, madankollu Malta se tkompli tattira aktar films fiż-żmien li ġej.

“Ix-xogħol tagħna se jkompli. Mhux se nieqfu nofs triq. La nattiraw aktar films nemmen li jkun hemm opportunitajiet oħrajn. Din uriet li l-industrija tal-films hija suċċċess. Hija industrija li qed jaħdmu ħafna nies fiha u kull min jaħdem fiha jgawdi. U aħna dak li rridu. Naraw lin-nies igawdu,” temm Grech.

Ekonomija

Sport