Friday, December 13, 2024

Attività organizzata għaċ-ċelebrazzjoni tal-50 sena mill-miġja ta’ żewġ statwi titulari f’Birkirkara

Aqra wkoll

Bħala parti mill-attivitajiet tal-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara, li tiġi ċċelebrata fl-1 ta’ Mejju, ser tiġi organizzata lejla ta’ tifkiriet u mużika bl-isem ta’ “Napprezzaw l-arti, inġeddu l-memorji”. Din il-lejla qed tiġi organizzata biex niċċelebraw il-50 sena mill-miġja tal-istatwa titulari ta’ San Ġużepp Ħaddiem u tal-Madonna tar-Rużarju fl-1972. 

M’għaddewx xi għexieren ta’ snin minn fuq l-istatwi sbieħ u uniċi tal-istatwi ta’ San Ġużepp Ħaddiem u tal-Madonna tar-Rużarju — xogħol fl-injam b’disinn tal-artist Malti, il-Kavallier Emvin Cremona.  Huma ħafna dawk li għadhom jiftakru l-miġja tal-istatwa titulari fil-bidu tas-sebgħinijiet.  Oħrajn forsi jiftakru lil xi għeżież tagħhom, li m’għadhomx magħna, jirrakontaw xi mument jew ieħor minn dawk iż-żminijiet. 

Din il-lejla b’tifkiriet u mużika ser issir nhar il-Ħamis 28 t’April 2022 fis-7pm fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, fi Triq Bwieraq, Birkirkara.

Kulħadd huwa mistieden, b’mod speċjali, il-parruċċani u oħrajn li għandhom xi ħaġa x’jirrakuntaw dwar il-wasla tal-istatwa titulari fostna. Huma mistiedna wkoll il-familjari ta’ dawk li ħallewna, li jixtiequ jaqsmu xi tifkiriet li għaddewlhom l-għeżież tagħhom.

Dawk li jixtiequ jieħdu sehem, jew inkella għandhom xi ritratti ta’ dawk il-mumenti li jixtiequ li jintwerew waqt din il-lejla, huma mħeġġa jagħmlu kuntatt mal-Kappillan Dun Charlon Muscat fuq 21483245. Għal iktar dettalji, wieħed jista’ jaċċessa l-paġna tal-Parroċċa fuq Facebook. 

Ekonomija

Sport