Tuesday, May 14, 2024

Iċ-Ċina tibqa’ b’pożizzjoni newtrali fil-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna

Fl-istess waqt tipprova ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant

Aqra wkoll

Wara l-kritika qalila mill-mexxejja tal-Punent għall-pożizzjoni newtrali tagħha dwar l-aggressjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna, iċ-Ċina ppruvat din il-ġimgħa tillimita l-ħsara mal-pajjiżi tal-Lvant u ċ-Ċentru tal-Ewropa iżda dan jista’ jkun diġà tard wisq, qalu esperti lil Euronews.

Din il-ġimgħa stess, Huo Yuzhen, ir-rappreżentant speċjali taċ-Ċina għall-Fond ta’ Kooperazzjoni ta’ Investiment bejn iċ-Ċina u l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (CEEC), żar tmien pajjiżi fir-reġjun – ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, l-Ungerija, il-Kroazja, is-Slovenja, l-Estonja, il-Latvja u l-Polonja. 

Jidher li dawn iż-żjarat kienu intenzjonati li jippromwovu aktar kooperazzjoni hekk kif Beijing qed ikompli jżomm pożizzjoni newtrali dwar l-invażjoni Russa tal-Ukrajna.

Iċ-Ċina s’issa rrifjutat li tikkundanna lil Moska għall-aggressjoni militari tagħha u affermat mill-ġdid l-impenn tagħha għal relazzjoni bilaterali soda. 

L-intelliġenza Amerikana sostniet li r-Russja talbet liċ-Ċina għal għajnuna militari u ekonomika. Dan wassal lill-pajjiżi tal-Punent – li ​​diġà daħlu fis-seħħ ħames rawnds ta’ sanzjonijiet fuq ir-Russja wara l-invażżjoni – biex joħorġu twissijiet kontra ċ-Ċina jekk tagħmel dan.

‘Summit’  bejn l-UE u ċ-Ċina aktar kmieni dan ix-xahar, fejn Beijing kien ittama li jżomm mal-aġenda ppjanata ta’ qabel il-gwerra li tiffoka fuq ir-relazzjonijiet bilaterali u l-isforzi biex tiġi ttrattata t-tibdil fil-klima, ġie mċajpar mill-gwerra fl-Ukrajna bil-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen tisħaq fuq l-avvenimenti fl-Ukrajna u tgħid li mhuwiex biss mument ta’ definizzjoni għall-kontinent Ewropew, iżda huwa wkoll mument ta’ definizzjoni għar-relazzjoni tal-UE mal-bqija tad-dinja.

von der Leyen żiedet tgħid li bħala membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, iċ-Ċina għandha responsabbiltà speċjali ħafna u li kwalunkwe appoġġ għar-Russja li tagħmel gwerra “jwassal għal ħsara kbira għar-reputazzjoni għaċ-Ċina fl-Ewropa u li l-ħsara lir-reputazzjoni tidher li bdiet’.

Il-pożizzjoni taċ-Ċina mar-Russja hija assolutament inaċċettabbli għal ħafna mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

Sport