Il-midfielder ta’ Monaco, Aurelien Tchouameni, qed jitqies bħala mira tat-trasferiment tas-sajf għal Arsenal.
Wara li saħħaħ ir-reputazzjoni tiegħu matul dan l-istaġun, l-internazzjonali Franċiż mistenni jingħaqad ma’ club akbar qabel il-bidu tal-istaġun 2022-23.
Huwa mifhum li Real Madrid u Liverpool huma favoriti netti għall-akkwist potenzjali tal-player li jista’ jiswa aktar minn £40m.
Madankollu, jidher li Arsenal lesti jidħlu fit-tellieqa għall-player ta’ 22 sena flimkien ma’ Manchester United.
Minbarra li riċentement ddebutta mat-team nazzjonali Franċiż, Tchouameni ġie utilizzat f’44 partita minn Monaco matul dan l-istaġun, fejn skorja tliet goals.