Napoli m’għandhomx intenzjoni li jitilfu lil Victor Osimhen bil-president Aurelio de Laurentis li kellem lid-diriġenti tiegħu sabiex iġeddulu l-kuntratt u eventwalment is-salarju tiegħu.
Aurelio de Laurentis innifsu beħsiebu jkellem lir-rappreżentant tal-plejer li kien determinanti sabiex i Partenopei jirbħu l-kampjonat wara 33 sena.
Osimhen ilu ma’ Napoli sa mis-sena 2020 fejn lagħab 83 partita u skorja ammont impressjonanti ta’ 50 gowl.