Saturday, July 25, 2026
Home Sport Juventus iridu jġeddu l-kuntratt ta’ Adrien Rabiot

Juventus iridu jġeddu l-kuntratt ta’ Adrien Rabiot

0
370

Juventus se jippruvaw iżommu lill-plejer offensiv tagħhom Adrien Rabiot. Hekk kif kollox kien jidher li l-plejer ta’ nofs il-grawnd kien se jitlaq lil La Vecchia Signora, il-kowċ Massimiliano Allegri jridu parti mill-metodu tattiku għall-istaġun li ġej bit-tim li se jiffoka aktar fuq żgħażagħ għalkemm bl-għajnuna ta’ xi plejers t’esperjenza.

L-għan tad-diriġenza Bianconera hu li l-plejer iġedded għal sena oħra u jkun qed jaqla’ salarju ta’ €7 milun għal staġun flimkien ma’ xi bonus.