Sunday, October 27, 2024

Austalian Open: Renata Voracova bl-istess problema ta’ Novak Djokovic

Aqra wkoll

Il-player numru wieħed tad-dinja, Novak Djoko­vic, il-bieraħ ingħaqad f’detenzjoni tal-immigrazzjoni Awstraljana mill-player Ċe­ka, Renata Voracova, wara t-tilqimiet tal-Covid-19 li jistgħu jxekklu ċ-ċans tas-Serb għall-21 titlu tal-Grand Slam.

B’differenza għal Djoko­vic, li d-determinazzjoni tie­għu li jilgħab fl-Australian Open ġabar lil art twelidu, Voracova, li tinsab fil-81 fir-rankings, ippjanat li tħalli l-pajjiż wara li nżammet f’ċirkostanzi simili, qal il- Ministeru tal-Affarijiet Barranin Ċek fi stqarrija.

“Renata Voracova ddeċidiet li titlaq mit-tournament minħabba possibbiltajiet li­mitati għat-taħriġ u li titlaq mill-Awstralja,” qalet l-is­tqarrija, u żiedet li għamlet protesta diplomatika u li diversi players oħra kienu wkoll fil-lukanda modesta, Park Hotel.

Djokovic, ikkritikat ħafna fl-2020 talli ospita tournament hekk kif il-pandemija tal-Covid-19 kienet fl-ewwel ħerba tagħha, inżamm fl-ajruport ta’ Melbourne nhar l-Erbgħa. L-awtoritajiet irrevokaw il-viża mogħtija fuq il-bażi ta’ eżenzjoni medika mir-rekwiżiti stretti ta’ tilqim tal-Covid-19 tal-Aws­tralja.

Id-deċiżjoni inizjali li jingħatalu d-dħul irrabjat lil ħafna fl-Awstralja, li qed tiġġieled l-agħar żieda ta’ infezzjonijiet tagħha u fejn ir-rata ta’ tilqim għall-adulti hija ta’ aktar minn 90%.

Nhar il-Ġimgħa l-Gvern Awstraljan irribatta lura kontra s-suġġerimenti tal- partitarji Serbi, inkluża l- familja ta’ Djokovic, li kien qed jinżamm bħala priġu­nier. “Huwa liberu li jitlaq fi kwalunkwe ħin li jagħżel li jagħmel dan u l-Forza tal- Fruntieri fil-fatt se tiffaċilita’ dan,” qalet lill-ġurnalisti l-Ministru għall-Affarijiet Interni, Karen Andrews.

L-avukati ta’ Djokovic kis­bu l-approvazzjoni legali biex dan jibqa’ sas-seduta sħiħa tal-qorti kontra l- Gvern Federali ta’ nhar it-Tnejn. Dan għandu jiżvela aktar dettalji dwar l-eżenzjoni mogħtija lil Djokovic u d-dokumentazzjoni li ppro­vda fil-fruntiera biex isostnuha.

Il-player ta’ 34 sena ma żvelax ir-raġunijiet għall- eżenzjoni u rrifjuta b’mod konsistenti li jiżvela l-istatus tat-tilqim tiegħu, filwaqt li kkritika pubblikament id-dożi obbligatorji.

Il-vaċċini mhumiex obbligatorji fl-Awstralja, iżda huma meħtieġa għal firxa ta’ attivitajiet.

Hekk kif kien magħluq għat-tieni jum fil-kamra tie­għu fil-lukanda, fejn ilhom xhur sħaħ diversi detenuti mill-immigrazzjoni Afgani, il-qagħda ta’ Djokovic ġibdet reazzjoni mħallta mid- dinja tat-tennis.

L-eks numru wieħed tad-dinja u darbtejn cham­pion tal-Australian Open, Boris Becker, li kien il-coach tiegħu għal tliet snin, qal li Djokovic, kien qed jagħmel żball kbir bil-pożizzjoni tie­għu kontra t-tilqim.

“Huwa wieħed li jhedded dak li fadal mill-karriera tiegħu u ċ-ċans tiegħu li jissimenta lilu nnifsu bħala l-akbar player ta’ kull żmien,” kiteb Becker f’ġurnal Ingliż.

Iċ-champion Spanjol, Rafael Nadal, qal lill-ġurnalisti f’Melbourne li ħassu dis­pjaċut għar-rival tiegħu “iżda fl-istess ħin, huwa kien jaf il-kundizzjonijiet minn ħafna xhur ilu”.

Missieru u l-Gvern Serb qalu li s-sitwazzjoni tiegħu hija affront nazzjonali.

Sport