Tuesday, December 24, 2024

Australian Open: Alcaraz eliminat minn Zverev

Aqra wkoll

Carlos Alcaraz ġie eliminat mill-Austra­lian Open hekk kif Alexander Zverev żamm rimonta spirituża mill-Ispanjol biex rebaħ kwarti-finali assorbenti fis-1.20 am ħin lokali.

Il-Ġermaniż Zverev ġie ppremjat għall-bidu rapidu biex rebaħ 6-1 6-3 6-7 (2-7) 6-4 kontra t-tieni seed, Alcaraz. Zverev serva għar-rebħa fuq 5-3 fit-tielet set iżda Alcaraz infaqa’ fil-ħajja.

Madankollu, is-sitt seed ma żbaljax it-tieni darba biex waqqaf semi-finali ma’ Daniil Medvedev.

Aktar kmieni, it-tielet seed, Medvedev, rebaħ 7-6 (7-4) 2-6 6-3 5-7 6-4 kontra d-disa’ seed, il-Pollakk Hubert Hurkacz.

Medvedev huwa biss is-sitt player attiv li laħaq it-tielet semi-finali ta’ dan l-Open.

Filwaqt li Zverev se jkun qed jimmira għall-ewwel finali tiegħu f’Melbourne, Medvedev diġà għandu dik l-esperjenza, peress li kien finalista ma’ Novak Djokovic fl-2021 u Rafael Nadal fl-2022.

Issa jinsab rebħa oħra biss ‘il bogħod mit-tielet tentattiv għat-titlu wara li war­rab lil Hurkacz li huwa wieħed mill-aqwa players għas-service fil-logħba, iżda Medvedev huwa wieħed mill-aqwa li jirritorna – li huwa dwell intriganti bejn il-koppja.

Ir-Russu ta’ 27 sena qed jimmira għat-tieni titlu ta’ Grand Slam wara li rebaħ il-US Open fl-2021, filwaqt li Zverev qed ifittex l-ewwel trijonf maġġuri.

Zverev, 26 sena, sofra injury kerha meta ċarrat il-ligamenti fl-għaksa tal-lemin waqt s-semi-finali tal-French Open kontra Rafael Nadal fl-2022, iżda reġa’ lura fil-quċċata tal-isport.

Alcaraz kien għadda għall-aħħar tmienja b’mod komdu, u għadda mil-livelli bit-tip ta’ pass li jidher meħtieġ għal tentattiv għat-   tit­lu.

Iżda huwa nqala’ hekk kif Zverev, li elimina lill-Brittaniku, Cameron Norrie, fir-round ta’ qabel f’ħames sets eżawrjenti, ipproduċa l-aqwa livell tiegħu f’bidu ispirat.

Zverev uża l-ewwel service enormi tiegħu u l-groundstrokes tqal b’effett devastanti f’set tal-ftuħ imxaqleb fuq naħa waħda f’29 mnuta.

Iżda kwalunkwe ħsibijiet mill-partitarji Spanjoli li jista’ jkun il-bidu ta’ qawmien itwal wera li ma kienx fondat hekk kif Zverev rebaħ erba’ logħbiet wara xulxin għal vantaġġ ta’ żewġ sets.

It-tielet set kien viċin li jirbħu Zverev meta kien 3-1 minn fuq iżda dan ħadu Alcarz li f’daqqa waħda kellu l-momentum. Bit-twemmin tiegħu qed jiżdied, huwa fajjar sensiela ta’ shots rebbieħa fit-tie-break u pprovda tama lill-partitarji vokali tiegħu.

Iżda Zverev żgura li dan ma jseħħx. Hu kissru għal 5-4, megħjun minn Alcaraz li kkommetta tliet żbalji bil-backhand, u ma falliex l-ewwel service hekk kif kiseb rebħa famuża.

YASTREMSKA U ZHENG FL-AĦĦAR ERBGĦA WKOLL

Dayana Yastremska tgħid li hija l-“missjoni” tagħha li turi kburija f’pajjiżha, l-Ukraj­na, wara li saret l-ewwel kwalifikata mill-1978 li waslet għas-semi-finali f’Melbourne Park.

Yastremska għelbet liż-żagħżugħa ta’ 19-il sena, iċ-Ċeka Linda Noskova, 6-3 6-4, fi 78 minuta biss u llum se tiffaċċja liċ-Ċiniża, Zheng Qinwen, għal post fil-finali tas-Sibt.

Kemm Zheng kif ukoll Yastremska se jkunu qed jidhru fl-ewwel semi-finali maġġuri tagħhom, b’Zheng qabel laħqet il-kwarti-finali tal-US Open tas-sena li għaddiet.

It-12-il seed ssieltet lura biex għelbet lir-Russja Anna Kalinskaya, 6-7 (4-7) 6-3 6-1, fis-sessjoni ta’ bil-lejl fir-Rod Laver Arena.

Yastremska hija t-tieni kwalifikata fl-Era Open li laħqet l-aħħar erbgħa f’Melbourne Park wara Christine Dorey fit-tournament tal-1978. 

Ekonomija

Sport