Sunday, December 22, 2024

Australian Open: Iga Swiatek u Carlos Alcaraz kellhom jitħabtu

Aqra wkoll

Iga Swiatek għaddiet mill-ewwel rawnd fit-tentattiv li terbaħ l-ewwel titlu tagħha tal-Australian Open qabel ma l-Ispanjol Carlos Alcaraz għalaq il-logħob tat-tielet jum b’rebħa faċli fuq il-veteran Franċiż Richard Gasquet.

Is-seed numru wieħed tad-dinja, il- Pollakka Swiatek ingħatat polza diffiċli fil-ftuħ b’kundizzjonijiet sħan li għamluha diffiċli għall-players kollha, inkluż il-Brittaniku, Jack Draper, li ma kienx fl-aqwa stat tiegħu wara li għe­leb lill-Amerikan Marcos Giron.

Iżda l-erba’ darbiet champion tal-Grand Slam wieġbet bi stil u darb­tejn issietet lura minn break minn taħt biex rebħet 7-6 (7-2) 6-2.

Waqt li kkonkluda sessjoni f’Rod Laver Arena kontra player li rebaħ l-ewwel partita tiegħu tat-tour ATP sena qabel saħansitra twieled, Alcaraz rebaħ b’7-6 (7-5) 6-1 6-2.

Iż-żagħżugħ Spanjol, ingħata logħba tajba minn Gasquet li jinsab fil-131 post tar-rankings li pproduċa xi bankhand rebbieħa bil-firma tiegħu biex wasal viċin sa żewġ punti li jirbaħ it-tiebreak tal-ewwel set.

Swiatek issa se tiltaqa’ kontra l-finalista tal-2022, Danielle Collins, wara li l-Amerikana għelbet lill-eks champion Angelique Kerber 6-2 3-6 6-1.

F’konfront ieħor fl-ewwel round li jolqot l-għajn, it-tielet seed Elena Rybakina bdiet bil-mod iżda daħlet fl-aqwa vantaġġ meta kien importanti biex twaqqaf lill-eks numru wieħed tad-dinja, iċ-Ċeka Karolina Pliskova 7-6 (8-6) 6-4 f’battalja missielta ta’ services.

L-eks champion tal-US Open, il-Brittanika Emma Raducanu għamlet ritorn inkoraġġanti għall-istadju tal-Grand Slam wara operazzjoni hekk kif għelbet lill-Amerikana Shelby Rogers 6-3 6-2.

Iċ-champion darbtejn tal-Austra­lian Open, Victoria Azarenka, kel­lha titħabat ħafna mat-Taljana Camila Giorgi qabel ma t-18-il seed mill-Belarus rebħet 6-1 4-6 6-3.

Draper ħtieġlu ħames sets biex jegħleb lil Giron, u f’nofs il-partita kellu bżonn testijiet mediċi, iżda wara ftit irkupra tant tajjeb li ssiġġilla r-reb­ħa, 6-4 3-6 4-6 6-0 6-2.

Mill-inqas player wieħed kien qed igawdi t-temp sħun. Dan kien il-11-il seed Norveġiż, Casper Ruud waqt rebħa ta’ 6-1 6-3 6-1 fuq l-Ispanjol, Albert Ramos-Vinolas.

Holger Rune kellu bżonn erba’ sets u aktar minn tliet sigħat biex iwettaq ix-xogħol kontra l-Ġappuniż Yoshihito Nishioka hekk kif it-tmien seed Daniż kiseb rebħa 6-2 4-6 7-6 (7-3) 6-4.

It-32 seed Ċek, Jiri Lehecka, frisk mill-ewwel titlu ATP tiegħu fl-Adelaide International, kompla l-forma b’saħħitha tiegħu hekk kif qabeż lil Bernabe Zapata Miralles ta’ Spanja, meta għelbu 6-3 6-2 6-3.

Il-Bulgaru Grigor Dimitrov, rebbieħ ieħor tat-titlu kmieni fl-2024 wara s-suċċess tiegħu f’Brisbane, kellu jirkupra minn set minn taħt biex għeleb lill-Ungeriż, Marton Fucsovics, 4-6 6-3 7-6 (7-1) 6-2, filwaqt li s-sitt seed Alexander Zverev sabha xi ftit diffiċli kontra l-kompat­rijott Ġermaniż, Dominik Koepfer, meta għelbu 4-6 6-3 7-6 (7-3) 6-3.

IRĠIEL – I ROUND

Alex Michelsen (US) v James McCabe (Awstralja) 7-6 (7-5) 3-6 6-1 6-2; Lorenzo Sonego (Italja) v Dan Evans (Britannja)  7-6 (10-8) 6-2 7-6 (7-4); Cameron Norrie (Britannja) v Juan Pablo Varillas (Peru) 6-4 6-4 6-2; Juncheng Shang (Ċina) v Mackenzie McDonald () 6-3 1-6 3-6 6-4 6-2; Giulio Zeppieri (Italja) v Dusan Lajovic (Serbja) 6-3 3-6 6-3 7-6 (7-3); Sumit Nagal (Indja) v Alexander Bublik (Kazakhstan) 6-4 6-2 7-6 (7-5); Tallon Griekspoor (Olanda) v Roman Safullin (Russja) 2-6 3-6 7-6 (7-3) 6-4 7-5; Arthur Fils (Franza) v Jiri Vesely (Rep. Ċeka) 5-6 7-5 6-2 6-0; Lukas Klerin (Slovakkja) v Kwon Soon-woo (Korea t’Isfel) 7-6 (7-0) 4-6 7-6 (7-3) 6-3; Arthur Cazaux (Franza) v Laszlo Djere (Serbja) 6-2 6-7 (3-7) 6-2 3-6 6-2; Thanasi Kokkinakis (Awstralja) v Sebastian Ofner (Awstrija) 7-6 (7-1) 2-6 6-7 (4-7) 6-1 7-6 (10-8; Tommy Paul (US) v Gregoire Barrere (Franza) 6-2 6-3 6-3; Gael Monfils (Franza) v Yannick Hanfmann (Ġermanja) 6-4, 6-3, 7-5.

NISA – I ROUND

Jessica Pegula (US) v Rebecca Marino (Kanada) 6-2 6-4; Jelena Ostapenko (Latvja) v Kimberly Burrell (Awstralja) 7-6 (7-5) 6-1; Katie Boulter (Britannja) v Yue Yuan (Ċina) 7-5 7-6 (7-1); Martina Trevisan (Italja)v Renata Zarazua (Messiku) 4-6 6-4 6-2; Clara Tauson (Svizzera) v Greet Minnen (Belġju) 7-5 7-5; Anna Blinkova (Russja) v Cristina Bucsa (Spanja) 6-2 6-4; Sloane Stephens (US) v Olivia Gadecki (Awstralja) 6-3 6-1; Ajla Tomljanovic (Awstralja) v Petra Martic (Kroazja) 7-6 (7-3) 4-6 6-4; Daria Kasatkina (Russja) v Peyton Stearns (US) 6-2 3-6 6-2; Elisabetta Cocciaretto (Italja) v Lulu Sun (Svizzera) 6-1 7-5.

Ekonomija

Sport