Wednesday, July 24, 2024

Serie A: Juventus jerġgħu jnaqqsu d-distakk għal żewġ punti fil-quċċata

Aqra wkoll

Doppjetta ta’ Dusan Vlahovic u goal ieħor ta’ Federico Chiesa għenu biex Juventus għelbu lil Sassuolo bl-iskor ta’ 3-0 biex naqqsu d-distakk għal żewġ punti fil-konfront tal-leaders tas-Serie A, Inter. 

Il-Bianconeri damu biss 15-il minuta biex jiftħu l-iskor hekk kif Manuel Locatelli interċetta ballun f’nofs il-ground u Kenan Yildiz sab lil Dusan Vlahovic barra l-kaxxa biex dawwar il-ballun għal ġox-xibka. 

Fis-37 minuta, l-istess Dusan Vlahovic irdoppja bi ġmiel ta’ free-kick li spiċċa fir-rokna tas-saqaf tax-xibka. 

Imbagħad, fl-aħħar minuta, Federico Chiesa ssiġilla r-rebħa meta kkonkluda mill-pass ta’ Locatelli.

Ekonomija

Sport