Wednesday, July 24, 2024

Spanja champions Ewropew tal-Waterpolo

Aqra wkoll

Kroazja……………10

Spanja…………….11

(5-3, 2-3, 3-2, 0-3)

F’finali mill-isbaħ u li tassew laħqet l-aspettattiva, Spanja, għelbu lill-Kroazja, li kienu qed jilagħbu proprju ġewwa darhom bl-iskor strett ta’ 11-10, biex b’hekk saru Champions tal-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo.

Il-Kroati għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-3, bil-goals għalihom jaslu minn Ante Vukicevic (2), Jerko Marinic Kragic (2) u Luka Loncar. Alvaro Grandos u Alberto Munarriz (2) wieġbu għall-Ispanjoli.

Iżda Spanja ma rmewx ixxigaman anzi wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bl-iskorers għalihom ikunu Bernat Sanahuja u Alvaro Granados (2). Jerko Marinic Kragic u Loren Fatovic irrispondew għall-Kroati.

Il-Kroazja rritornaw għar-rebħ fit-tielet sessjoni meta għamlu dan bl-istess skor li bih Spanja trijonfaw fit-tielet sessjoni jiġifieri dak ta’ 3-2, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Luka Loncar, Ante Vukicevic u Jerko Marinic Kragic. Alvaro Granados u Sergi Cabanas wieġbu għall-Ispanjoli.

Il-partita komliet tisbieħ u Spanja rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-0, bl-iskorers għalihom ikunu Sergi Cabanas, Miguel De Toro u Alvaro Granados permezz ta’ back- hand stupend, liema goal żgur li kien kontendent assolut għall-isbaħ goal ta’ dawn il-kampjonati.  

Kroazja: 1-Marko Bijac, 2-Matias Biljaka, 3-Luka Bukic, 4-Rino Buric, 5-Zvonimir Butic, 6-Loren Fatovic (1), 7-Konstantin Kharkov, 8-Filip Krzic, 9-Franko Lazic, 10-Luka Loncar (2), 11-Jerko Marinic Kragic (4), 12-Toni Popadic, 13-Josip Vrlic, 14-Ante Vukicevic (3), 15-Marko Zuvela

Spanja: 1-Unai Aguirre, 2-Eduardo Lorrio, 3-Alberto Barroso, 4-Unai Biel, 5-Alejandro Bustos, 6-Sergi Cabanas (2), 7-Miguel De Toro (1), 8-Biel Gomila, 9-Alvaro Granados (5), 10-Marc Larumbe, 11-Blai Mallarach, 12-Alberto Munarriz (2), 13-Felipe Perrone, 14-Bernat Sanahuja (1), 15-Roger Tahull

Ekonomija

Sport