Tuesday, May 14, 2024

Australian Open: It-tieni seed Casper Ruud eliminat

Aqra wkoll

It-tieni seed, Casper Ruud, ġie eliminat mill-Amerikan Jenson Brooksby biex l-Australian Open issa tilef l-aqwa żewġ seeds wara li nhar l-Erbgħa ġie eliminat ukoll l-Ispanjol, Rafael Nadal. 

In-Norveġiż Ruud, finalista tal-French Open u tal-US Open tas-sena li għaddiet, kien qed ifittex l-ewwel titlu ta’ Grand Slam u ċ-ċans li jsir numru wieħed fid-dinja.

Iżda ż-żagħżugħ ta’ 24 sena kien ssuperat min-numru 39 fid-dinja f’telfa ta’ 6-3 7-5 6-7 (4-7) 6-2 fit-tieni round.

Sport