Sunday, December 22, 2024

Australian Open: Nadal u Berettini fis-semi-finali

Aqra wkoll

Rafael Nadal reġa’ wera d-determinazzjoni mmensa li kkaratterizzat l-karriera tiegħu hekk kif issupera kwistjonijiet fiżiċi biex għeleb lill-Kanadiż, Denis Shapo­valov, u wasal sas-semi-finali tal- Australian Open.

Is-seed numru 6 Spanjol, Nadal, rebaħ 6-3 6-4 4-6 3-6 6-3, minkejja li tħabat fiżikament fir-raba’ set.

Nadal, li l-uniku titlu tiegħu f’Mel­bourne Park ġie fl-2009, kellu bżonn kura medika għal dik li deh­ret li kienet kwistjoni fl-istonku.

Nadal jinsab żewġ rebħiet oħra ‘l bogħod milli jikseb rekord ta’ 21 tit­lu tal-Grand Slam tal-irġiel, li jċaqilqu ‘l bogħod mir-rivali għal żmien twil, Novak Djokovic u Ro­ger Federer.

Is-serħan ta’ Nadal li għadda mill-aktar prova diffiċli kien evidenti wara li Shapovalov tefa’ volley b’backhand barra fuq l-ewwel match-point tal-Ispanjol.

Sodisfatt ħafna, Nadal iċċelebra billi waqaf quddiem il-kaxxa tie­għu u ħares lejn it-team tiegħu filwaqt li għaqqad iż-żewġ ponni­jiet. B’kuntrast, Shapovalov waqqa’ r-racket tiegħu fil-court.

Wara, Nadal qal li “ma kienx jaf” kif irnexxielu jirbaħ f’nofsinhar ta’ Melbourne fejn it-temperaturi laħ­qu t-30C.

“Jien kompletament meqrud”, huwa qal. “Kienet ġurnata iebsa ħaf­na, sħuna ħafna, ma ppratti­kajtx għaliha.

“Fil-bidu tal-partita kont qed nil­għab mill-aqwa, naf kemm hu diffiċli li tilgħab kontra player bħal Denis.

“Kelli ċ-ċansijiet tiegħi fil-bidu tat-tielet set, ma ħadthomx u mbagħad bdejt inħoss daqsxejn aktar għajjien u hu imbuttani.”

Il-player ta’ 35 sena issa se jiffaċċja lis-seed numru 7, it-Taljan Matteo Berrettini fl-aħħar erbgħa.

Berrettini għeleb rimonta mis-seed numru 17, il-Franċiż Gael Monfils, biex rebaħ 6-4 6-4 3-6 3-6 6-2 u sar l-ewwel Taljan fl-istorja li wasal sas-semi-finali f’Melbourne.

Il-finalista ta’ Wimbledon kiseb breaks deċiżivi fiż-żewġ sets tal-ftuħ qabel ma Monfils, imsaħħaħ mill-appoġġ vokali tal-folla tar-Rod Laver Arena, irrisponda lura fit-tielet set u wettaq dak il-momentum biex ħa r-raba’ wieħed u daħħal il-konfront fis-set deċiżiv.

Iżda dan il-player ta’ 35 sena ma setax isostni dik l-enerġija hekk kif Berrettini żamm in-nervi – minkejja li tkeċċa partitarju ndix­xiplinat – biex jikseb ir-rebħa u jagħmel ġest lill-folla li ma setax jismagħhom aktar.

“Tinħass inkredibbli,” huwa qal. “Ninsab tassew kuntent għalija nnifsi, x’partita kbira, ħafna emo­zjonijiet, ħsibt li ħadtu fit-tielet u mbagħad sibt ruħi fil-ħames!

“L-arena hija mimli nies, jogħ­ġobni – naħseb li xi wħud minnhom mhumiex verament dilettanti tat-tennis, iżda huwa dak li hu, ma tistax tikkontrolla lil kulħadd. Li tkun ta’ rispett hija xi ħaġa li trid tagħ­mel xorta waħda. Tajjeb, nirbaħ u jien kuntent.”

BARTY U KEYS SE

JILTAQGĦU FIS-S/FINALI

Ashleigh Barty saħqet għaliex hija l-favorita tat-tournament hekk kif għelbet lil Jessica Pegula biex waqqfet semi-finali kontra Madison Keys.

In-numru wieħed tad-dinja u favorit domestiku, Barty, rebħet l- aħħar disa’ games biex għelbet lill- Amerikana, 6-2 6-0.

Barty, li qed tipprova biex isir l-ewwel champion Awstraljana tas- singles fil-kampjonat mill-1978, għad trid titlef set f’Melbourne Park.

Aktar kmieni Keys għelbet liċ- champion tal-French Open, Barbora Krejcikova, 6-3 6-2.

It-telfa ta’ Krejcikova tfisser ukoll li Barty se żżomm in-numru wieħed tad-dinja wara dan l-Open.

Iċ-champion ta’ Wimbledon, Barty, dehret komposta matul it-tournament u waqqgħet biss 17-il logħba fi triqitha lejn is-semi-finali.

“Kbirt bħala persuna, bħala play­er u jien tennista aktar kompluta,” qalet Barty.

“Huwa kredtu għat-team tiegħi. Huma għamlu tant xogħol wara l-kwinti biex jagħmluni l-aħjar verżjoni tiegħi nnifsi.

“Jien assolutament inħobb nil­għab hawn barra. S’issa kien ta’ pjaċir ħafna u nisperaw li fadal ftit aktar.”

Keys issa rebħet 11-il partita dan l-istaġun – it-total eżatt ta’ rebħiet li rnexxielha matul l-istaġun kollu tal-2021.

L-ex finalista tal-US Open fajret 27 shots rebbieħa hekk kif għelbet lil Krejcikova f’siegħa u 27 minuta.

Iż-żewġ players użaw xugamani bis-silġ biex jiksħu hekk kif it-temperaturi f’Melbourne Park laħqu t-33C.

Krejcikova, li għadha qed tikkompeti fid-doubles tan-nisa, sej­ħet għat-trainer u t-tabib wara li daħlet 5-2 minn taħt fil-ftuħ tas-set.

Iċ-Ċeka kellha l-pressjoni tad-demm u t-temperatura tagħha me­ħuda u anke ngħatat pilloli qabel ma Keys serviet is-set b’żewġ aces wara xulxin.

Wara li rebħet sitt games konsekuttivi, Keys sofriet logħba rari ta’ service ħażin, u għamlet ukoll żball doppju biex tpoġġi lill-avversarja tagħha fuq il-bord.

Madankollu, Keys żammet il- kalma tagħha aħjar f’dak li sar konfront skabruż, b’żewġ services rebbieħa li tefgħuha 5-2 fil-vantaġġ.

L-Amerikana ħarġet għajta ta’ ferħ hekk kif ritorn twil minn Krej­cikova poġġiha fl-ewwel semi- finali tagħha f’dan l-Open mill-2015.

Ekonomija

Sport