Rafael Nadal jinsab rebħa biss bogħod mir-rekord ta’ 21 Grand Slam tal-irġiel wara li bidu dominanti ppermettielu jegħleb lit-Taljan, Matteo Berrettini, fis-semi-finali tal-Australian Open li qed isir f’Melbourne Park.
Eventwalment is-seed numru 7, Berrettini, dawwar il-partita f’konkors, iżda Nadal temmha b’rebħa ta’ 6-3 6-2 3-6 6-3.
L-Ispanjol ta’ 35 sena jinsab indaqs fuq 20 titli ewlenin mar-rivali għal żmien twil, Novak Djokovic u Roger Federer.
Fil-finali ta’ għada Nadal se jilgħab kontra Daniil Medvedev, li għeleb lil Stefanos Tsitsipas.
“L-ewwel żewġ sets kienu wħud mill-aqwa li lgħabt għal żmien twil,” qal Nadal, li rebaħ l-uniku titlu tiegħu f’Melbourne fl-2009.
“Kontra avversarju diffiċli, u mill-aqwa, wieħed mill-aqwa tad-dinja, naħseb stajt nilgħab fuq livell għoli ħafna għal żmien twil.
“Kelli nbati u kelli niġġieled iżda jfisser ħafna li nerġa’ nkun fil-finali.”
Il-kisba ta’ Nadal biex laħaq id-29 finali tal-Grand Slam waslet biss ftit xhur wara li ħaseb li l-injury f’siequ setgħet temmitlu l- karriera illustri tiegħu.
Is-seed numru 2, ir-Russu Medvedev, rebaħ battalja ta’ kwalità għolja mar-raba’ seed, il-Grieg Tsitsipas, 7-6 (7-5) 4-6 6-4 6-1 fit-tieni semi-finali tal-irġiel tal-bieraħ.
Medvedev, 25 sena, qed jimmira għat-tieni titlu konsekuttiv tiegħu ta’ Grand Slam wara li rebaħ l-ewwel wieħed tal-karriera tiegħu, il-US Open f’Settembru li għadda.
Qed ifittex ukoll li jmur pass ’il quddiem f’Melbourne wara li tilef fil-finali tas-sena l-oħra kontra Djokovic, li din is-sena ma lagħabx wara li ġie deportat mill-Awstralja f’filliera ta’ viża relatata li ma kienx imlaqqam.
Qabel l-ewwel semi-finali kien hemm xi dubji dwar iċ-ċansijiet ta’ Nadal, mhux l-inqas minħabba l- problemi tal-injury li kellu s-sena l-oħra.
Dawn iċċentraw fuq il-kundizzjonijiet ta’ ġewwa forsi li jiffavorixxu lill-player b’saħtu Berrettini – maltempati qawwija bir-ragħad f’Melbourne fissru li s-saqaf kien magħluq il-ħin kollu – u kif Nadal ta’ 35 sena kien ikun irkupra wara li kien “meqrud fiżikament” minn kwarti-finali ta’ ħames sets eżawrenti kontra l-Kanadiż Denis Shapovalov.
Bil-benefiċċju ta’ jumejn sħaħ mingħajr partita mir-rebħa tat-Tlieta, Nadal malajr neħħa kull inċertezza. Huwa beda bil-qawwi hekk kif attakka l-backhand ta’ Berrettini – meqjusa bħala l-iktar parti dgħajfa tal-logħba tat-Taljan ta’ 25 sena – mill-bidu.
Sensiela ta’ żbalji waslu minn din in-naħa hekk kif Berrettini waqa’ 3-0 lura u Nadal issiġilla b’mod xieraq il-ftuħ tas-sett b’service fuq il-backhand, li l-finalista ta’ Wimbledon tal-2021 rritorna fix-xibka.
Dan ix-shot ta’ Berrettini kompla jitkisser fit-tieni set, u dan ippermetta lil Nadal jieħu ż-żewġ games tas-service tal-ftuħ tiegħu u jmur f’vantaġġ ieħor ta’ 3-0.
Rasu baxxuta, Berrettini ma deherx ċert kif jinnewtralizza lil Nadal u l-aspetti l-oħra tal-logħba tiegħu kienu qed ibatu wkoll.
Meta Nadal issiġilla t- tieni set wara siegħa u 25 minuta, Berrettini kien diġà kkommetta 24 żbalji mhux sfurzati. In-nuqqas tiegħu li jittestja lil Nadal – parzjalment minħabba l- brillanza tal-Ispanjol – swietu ħafna.
Iżomm is-serve fil-bidu tat-tielet set, u jagħmel pressjoni fuq l-iscoreboard fuq Nadal, kien imperattiv għal Berrettini.
Ladarba kiseb dan, il- kunfidenza tat-Taljan kibret u l-forehand tal-biża’ tiegħu beda jfixkel aktar lil Nadal.
Fl-aħħar huwa kiseb l- ewwel break points tiegħu tal-partita, ħa t-tieni għal vantaġġ ta’ 5-3 b’forehand rebbieħ ieħor u serva biex mill-inqas jaċċerta r-raba’ set.
Wara li Nadal falla l-ewwel break point b’forehand biex temm rally intens ta’ 23 xutt, Berrettini laqat forehand fix-xibka għat-tielet darba fil-logħba.
Iservi għall-partita, Nadal beda bi żball doppju, iżda kiseb ir-rebħa meta Berrettini tefa’ backhand ieħor fix-xibka.
Mingħajr Djokovic, Medvedev kien meqjus bħala l-favorit tat-tournament iżda sab lil Tsitsipas – ieħor imsemmi biex japprofitta min-nuqqas tas-Serb – fi triqtu lejn it-tieni finali suċċessiva.
Tsitsipas, 23 sena, kien qed jimmira għall-ewwel titlu tiegħu ta’ Grand Slam – wara li tilef kontra Djokovic fil-finali tal-French Open tas-sena l-oħra – u l- ewwel finali tiegħu tal-Australian Open.
Fit-tielet semi-finali tiegħu ta’ Melbourne, Tsitsipas lagħab f’livell għoli fl-ewwel żewġ sets iżda waqa’ wara li Medvedev ilmenta li l-Grieg kien qed jirċievi coaching fil-court.
Il-koppja kellhom relazzjoni qawwija fil-passat u l-akkużi ta’ Medvedev żiedu saff ieħor ta’ drama mat-tennis ta’ kwalità għolja.
F’battibek waqt il-bidla meta kien 5-4 minn taħt fit-tieni set, Medvedev talab lir-referee Jaume Campistol joħroġ ksur ta’ vjolazzjoni lil Tsitsipas talli ħa struzzjonijiet mingħand missieru u coach, Apostolos.