Wednesday, April 24, 2024

Fl-Istati Uniti: Raġel jaqa’ għoli ta’ 700 pied u jmut waqt li pprova jieħu ritratt

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 21 sena li kellu d-delizzju tal-mixi, f’Arizona, waqa’ madwar għoli ta’ 700 pied, liema waqa’ kienet waħda fatali.

L-inċident seħħ waqt li Richard Jacobson, ta’ 21 sena, kien qiegħed jipprova jieħu ritratt ta’ Lost Dutchman State Park.

Il-ħabib ta’ Jacobson li kien qiegħed jikkampja miegħu, spjega kif iż-żagħżugħ resaq lejn ix-xifer biex jirnexxielu jiġbed l-aħjar ritratt u żelaq għal isfel.

Skont statistika li għandhom f’idhom l-awtoritajiet Amerikani, bejn l-2011 u l-2017, fl-Istati Uniti, mietu madwar 250 persuna waqt li kienu qegħdin jipprova jieħdu ritratt pittoresk ta’ xi veduta jew post.

Sport