Monday, May 13, 2024

Australian Open: Rafael Nadal jersaq lejn il-21 Grand Slam personali

Aqra wkoll

Rafael Nadal jinsab reb­ħa biss bogħod mir-rekord ta’ 21 Grand Slam tal-irġiel wara li bidu do­­­­minanti ppermettielu jegħleb lit-Taljan, Matteo Berrettini, fis-semi-finali tal-Australian Open li qed isir f’Melbourne Park.

Eventwalment is-seed numru 7, Berrettini, dawwar il-partita f’konkors, iżda Nadal temmha b’rebħa ta’ 6-3 6-2 3-6 6-3.

L-Ispanjol ta’ 35 sena jinsab indaqs fuq 20 titli ewlenin mar-rivali għal żmien twil, Novak Djoko­vic u Roger Federer.

Fil-finali ta’ għada Nadal se jilgħab kontra Daniil Medvedev, li għeleb lil Stefanos Tsitsipas.

“L-ewwel żewġ sets kienu wħud mill-aqwa li lgħabt għal żmien twil,” qal Nadal, li rebaħ l-uniku titlu tiegħu f’Melbourne fl-2009.

“Kontra avversarju diffiċli, u mill-aqwa, wieħed mill-aqwa tad-dinja, naħ­seb stajt nilgħab fuq livell għoli ħafna għal żmien twil.

“Kelli nbati u kelli niġ­ġieled iżda jfisser ħafna li nerġa’ nkun fil-finali.”

Il-kisba ta’ Nadal biex laħaq id-29 finali tal-Grand Slam waslet biss ftit xhur wara li ħaseb li l-injury f’siequ setgħet temmitlu l- kar­riera illustri tiegħu.

Is-seed numru 2, ir-Russu Medvedev, rebaħ battalja ta’ kwalità għolja mar-raba’ seed, il-Grieg Tsitsipas, 7-6 (7-5) 4-6 6-4 6-1 fit-tieni semi-finali tal-irġiel tal-bie­raħ.

Medvedev, 25 sena, qed jimmira għat-tieni titlu konsekuttiv tiegħu ta’ Grand Slam wara li rebaħ l-ewwel wieħed tal-karriera tiegħu, il-US Open f’Settembru li għadda.

Qed ifittex ukoll li jmur pass ’il quddiem f’Melbourne wara li tilef fil-finali tas-sena l-oħra kontra Djokovic, li din is-sena ma lagħabx wara li ġie deportat mill-Awstralja f’filliera ta’ viża relatata li ma kienx imlaqqam.

Qabel l-ewwel semi-finali kien hemm xi dubji dwar iċ-ċansijiet ta’ Nadal, mhux l-inqas minħabba l- problemi tal-injury li kellu s-sena l-oħra.

Dawn iċċentraw fuq il-kundizzjonijiet ta’ ġewwa forsi li jiffavorixxu lill-player b’saħtu Berrettini – maltempati qawwija bir-ragħad f’Melbourne fissru li s-saqaf kien magħ­luq il-ħin kollu – u kif Na­dal ta’ 35 sena kien ikun irkupra wara li kien “meq­rud fiżikament” minn kwarti-finali ta’ ħames sets eżawrenti kontra l-Kanadiż Denis Shapovalov.

Bil-benefiċċju ta’ jumejn sħaħ mingħajr partita mir-rebħa tat-Tlieta, Nadal malajr neħħa kull inċertezza. Huwa beda bil-qawwi hekk kif attakka l-backhand ta’ Berrettini – meqjusa bħala l-iktar parti dgħajfa tal-logħba tat-Taljan ta’ 25 sena – mill-bidu.

Sensiela ta’ żbalji waslu minn din in-naħa hekk kif Berrettini waqa’ 3-0 lura u Nadal issiġilla b’mod xie­raq il-ftuħ tas-sett b’service fuq il-backhand, li l-finalista ta’ Wimbledon tal-2021 rritorna fix-xibka.

Dan ix-shot ta’ Berrettini kompla jitkisser fit-tieni set, u dan ippermetta lil Na­dal jieħu ż-żewġ games tas-service tal-ftuħ tiegħu u jmur f’vantaġġ ieħor ta’ 3-0.

Rasu baxxuta, Berrettini ma deherx ċert kif jinnewtralizza lil Nadal u l-aspetti l-oħra tal-logħba tiegħu kienu qed ibatu wkoll.

Meta Nadal issiġilla t- tieni set wara siegħa u 25 minuta, Berrettini kien di­ġà kkommetta 24 żbalji mhux sfurzati. In-nuqqas tiegħu li jittestja lil Nadal – parzjalment minħabba l- brillanza tal-Ispanjol – swie­­tu ħafna.

Iżomm is-serve fil-bidu tat-tielet set, u jagħmel pressjoni fuq l-iscoreboard fuq Nadal, kien imperattiv għal Berrettini.

Ladarba kiseb dan, il- kunfidenza tat-Taljan kib­ret u l-forehand tal-biża’ tiegħu beda jfixkel aktar lil Nadal.

Fl-aħħar huwa kiseb l- ewwel break points tie­għu tal-partita, ħa t-tieni għal vantaġġ ta’ 5-3 b’forehand rebbieħ ieħor u serva biex mill-inqas jaċċerta r-raba’ set.

Wara li Nadal falla l-ewwel break point b’forehand biex temm rally intens ta’ 23 xutt, Berrettini laqat forehand fix-xibka għat-tielet darba fil-logħba.

Iservi għall-partita, Na­dal beda bi żball doppju, iżda kiseb ir-rebħa meta Berrettini tefa’ backhand ieħor fix-xibka.

Mingħajr Djokovic, Med­vedev kien meqjus bħala l-favorit tat-tournament iż­da sab lil Tsitsipas – ieħor imsemmi biex japprofitta min-nuqqas tas-Serb – fi triq­tu lejn it-tieni finali suċċessiva.

Tsitsipas, 23 sena, kien qed jimmira għall-ewwel titlu tiegħu ta’ Grand Slam – wara li tilef kontra Djo­kovic fil-finali tal-French Open tas-sena l-oħra – u l- ewwel finali tiegħu tal-Australian Open.

Fit-tielet semi-finali tie­għu ta’ Melbourne, Tsitsipas lagħab f’livell għoli fl-ewwel żewġ sets iżda waqa’ wara li Medvedev ilmenta li l-Grieg kien qed jirċievi coaching fil-court.

Il-koppja kellhom re­laz­zjoni qawwija fil-passat u l-akkużi ta’ Medvedev żie­du saff ieħor ta’ drama mat-tennis ta’ kwalità għolja.

F’battibek waqt il-bidla meta kien 5-4 minn taħt fit-tieni set, Medvedev talab lir-referee Jaume Campistol joħroġ ksur ta’ vjolazzjoni lil Tsitsipas talli ħa struz­zjonijiet mingħand missieru u coach, Apostolos.

Sport